Barranin
Il-kunflitt kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jaf iwassal għal tnaqqis fir-rati tal-interessi

L-ewro avvanza llum u jinsab riesaq lejn it-tieni ġimgħa infila ta’ żidiet minħabba tħassib li qed jikber li kwalunkwe żieda fil-kunflitt kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser twassal lill-Istati Uniti biex tnaqqas ir-rati tal-interessi.

L-ewro żdied b’0.15% għal $1.1229 wara li kien laħaq l-ogħla rata għal ġimgħa ta’ €1.1251.

Id-dollaru kien stabbli kontra l-Yen, meqjus bħala munita sigura, u felaħ għall-effetti taż-żieda li bdiet iseħħ fit-tariffi kontra ċ-Ċina u għall-istennija tal-bidu mill-ġdid tat-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Iż-żieda tat-tariffi minn 10% għal 25% fuq $200 Biljun prodotti Ċiniżi daħlet fis-seħħ illum u Beijing diġà qal li ser jirritalja, u b’hekk tikber it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi hekk kif qed jippruvaw jagħmlu l-aħħar sforzi għall-ftehim. L-uffiċjali tal-Istati Uniti u ċ-Ċina ser jirritornaw lejn l-mejda tan-negozjati aktar tard illum.

L-ishma Ewropej b’mod ġenerali waqgħu din il-ġimgħa hekk kif l-investitui warrbu assi riskjużi waqt li jistennew x’ser jiġri fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet tal-ishma Amerikan tbaxxew u l-ishma fl-Asja tilfu iż-żidiet hekk kif iċ-Ċina qalet li ser tirritalja għaż-żieda fit-tariffi.

Il-prezz taż-żejt tilef iż-żidiet bikrija tal-bieraħ. Il-Brent kien bis-$70.75 kull barmil wara li lbieraħ laħaq il-$71.23.

Il-United States West Texas Intermediate żdied bi 8 cents għal $61.78 wara li aktar kmieni kien bit-$62.49 il-barmil.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll baqgħu sodi llum b’appoġġ mit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-deheb kien $1,284 kull uqija, żieda ta’ 0.4% f’ġimgħa.

Il-ġimgħa li għaddiet id-deheb tbaxxa għall-inqas prezz minn tmiem Diċembru, iżda reġa’ żdied bi kważi 1.4%.

Iżda ż-żieda fil-prezz tad-deheb ma kinitx kbira ħafna minkejja sentiment kontra r-riskju, bl-assi siguri l-oħra, il-Yen u l-Frank Żvizzeru juru żidiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Barranin

Muniti L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa taħt id-$1.12 għall-inqas livell kontra dollaru aktar b’saħħtu hekk kif l-investituri evalwaw mill-ġdid l-aspettattivi tagħhom dwar b’kemm jista’ l-Federal Reserve jnaqqas ir-rati tal-interessi dan ix-xahar. In-nominazzjoni tal-President…

Aktar