Barranin
Il-liġi li ffirma tefgħet dubji dwar riżoluzzjoni għat-tilwima kummerċjali maċ-Ċina

Muniti

Id-dollaru ftit li xejn inbidel fin-negozju f’Londra llum hekk kif naqas sentiment ta’ riskju ta’ matul il-lejl imqajjem mill-inkwiet dwar Hong Kong bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Iċ-Ċina wissiet lill-Istati Uniti li hija tieħu kontro-miżuri bi tweġiba għal-leġislazzjoni fl-Istati Uniti li tat appoġġ lill-protestanti kontra l-gvern f’Hong Kong u qalet li tentattivi biex ikun hemm indħil fil-belt mmexxija miċ-Ċina ser ifallu.

L-isterlina għal ftit laħqet qrib l-ogħla rata kontra l-ewro f’seba’ xhur  iżda tbaxxiet gradwalment u kienet qed tkun negozjata għal 0.8526 kontra l-ewro. L-isterlina żdiedet kontra d-Dollaru Amerikan wara li stħarriġ tal-opinjoni pubbliku wera li l-Konservattivi fil-gvern ser ikollhom maġġoranza tajba wara l-elezzjoni tat-12 ta’ Diċembru.

Indiċi

L-ishma Ewropej irtiraw mil-livell għoli qrib rekord hekk kif il-President Trump iffirma liġi li tappaġġa lill-protestanti f’Hong Kong u dan tefa’ dubji dwar riżoluzzjoni tat-tilwima kummerċjali maċ-Ċina. Il-liġi, li twissi b’sanzjonijiet kontra ksur tad-drittijiet tal-bniedem fost id-dimostrazzjoni favur id-demokrazija, ġabet twissija qawwija miċ-Ċina għax tqis li dan huwa ndħil mill-Istati Uniti f’materja interna.

Ishma lokali

Fir-rigward tal-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta kellhom l-akbar telf ta’ 2.44% segwiti minn MIDI b’0.77%. L-RS2 Software kienu l-uniku sehem li żdied b’0.93%. Il-Bank of Valletta, il-BMIT Technologies u l-Malta International Airport ma kellhom ebda bidla f’termini perċentwali.

Ishma

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 avvanzaw bi 2.62%; il-Gasan Finance 2019/21 żdiedu b’1.98%; it-Tumas Investments 2024 tilfu 3.75%; in-1923 Investments 2024 tbaxxew b’1.46%; id-Dizz Finance 2026 tilfu 1.88%; il-Mercury Projects Finance 2027 tbaxxew b’4.04% u l-Mercury Projects Finance 2031 tilfu 4.40%.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu għat-tieni jum illum wara li statistika uffiċjali wriet li żdiedu l-ħażniet Amerikani taż-żejt mhux raffinat u l-fjuwil u l-President Trump iffirma liġi li tappoġġa lill-protestanti f’Hong Kong u dan qajjem tensjoni maċ-Ċina.

Il-Brent tilef 0.55% għal $63.71 u l-United States West Texas Intermediate tilef 0.28% għal $57.94. L-investituri huma mħassba li l-mossa ta’ Trump ser iddewwem ftehim kummerċjali preliminari maċ-Ċina biex itemmu l-ġlieda li wasslet għal tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku globali u konsegwentament id-domanda għaż-żejt.

L-Amministrazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Enerġija qalet li l-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati uniti kibru b’1.6 miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet hekk kif il-produzzjoni telgħet għal 12.9 miljun  barmil kuljum u naqset il-produzzjoni mir-raffinerija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Barranin

Muniti L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin…

Aktar