Lokali
Il-Lombard Bank żied il-qligħ b’€1 miljun fuq is-sena ta’ qabel

Il-Lombard Bank is-sena li għaddiet żied il-qligħ tiegħu għal seba miljuni u nofs qabel it-taxxa, żieda ta’ kważi miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel.

Ir-riżultati tal-bank tħabbru fil-laqgħa ġenerali annwali tal-azzjonisti miċ-Chairman Michael C Bonello. Huwa ħabbar li l-bord tad-diretturi ħlas ta’ dividend gross ta’ erba’ ċenteżmi għal kull sehem.

Is-sussidjarja tal-Bank, il-Maltapost, ukoll kellha riżultati tajbin, b’żieda fil-qligħ qabel it-taxxa ta’ tliet miljuni u mitt elf ewro.

Is-sur Bonello semma d-deċiżjoni tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u soċjali li jixtri l-ishma li bank Ċiprijott għandu fil-Lombard Bank. Huwa qal li jittama li dan l-iżvilupp iwassal għal parteċipazzjoni akbar mill-pubbliku fl-ishma kapitali tal-Bank.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Aktar