Barranin
Il-metalli prezzjużi tal-fidda u d-deheb qed jitilfu fil-prezz

Muniti

L-isterlina tilfet xi ftit kontrta d-dollaru, iżda żammet qrib l-ogħla livell f’sitt ġimgħat tas-sessjoni ta’ qabel wara l-aħbar ser jitkomplew in-negozjati dwar il-Brexit.

L-Isterlina żdiedet sa 1.7% kontra d-dollaru wara li n-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier qal li ftehim “wasal biex jintlaħaq”.

Il-munita llum żammet dawn iż-żidiet, bit-taħditiet dwar il-ftehim kummerċjali kienu mistenniija li jerġgħu waranofsinhar wara li n-negozjati waqfu l-ġimgħa li għaddiet.

Id-dollaru żdied mil-livell baxxi ta’ seba’ ġimgħat minħabba li reġgħu naqsu t-tamiet dwar pakkett fiskali fl-Istati Uniti u ż-żieda globali fil-każi tal-coronavirus kabbru d-domanda għal assi siguri bħal ma huwa d-dollaru.

Indiċi

L-S&P 500 u n-Nasdaq fetħu ogħla hekk kif l-investituri ttamaw għal aktar stimulu fiskali, waqt li n-negozju fl-ishma fuq Dow Jones kien kajman għax id-dejta qed timmarka rkupru ekonomiku li qed jimxi bil-mod.

L-ishma Ewropej laħqu l-inqas livell fi kważi xahar illum, hekk kif tbaxxa s-sentiment tal-konsumatur Ġermaniż, tħassib dwar iż-żieda fil-każi tal-coronavirus fil-kontinent u l-pakkett ta’ stimulu Amerikan kollha kellhom effett fuq is-sentiment tas-suq. L-indiċi lokali żdied 0.17%

Ishma

Kien hemm negozju f’seba’ ishma biss. Il-FimBank żdiedu b’6.67%. Huma kienu segwiti minn Trident, Bank of Valletta u l-PG. L-aħħar tnejn żdiedu 1% u t-Trident 2%. L-HSBC tilfu 0.69%; il-Malta International Airport tilfu ftit aktar minn 2% waqt li l-MIDI tbaxxew bi qrib it-3%.

Bonds

Kien hemm bosta negozju fil-qasam tal-bonds lokali. L-SP Finance u l-Me Direct żdiedu 1% waqt li l-MIDI u l-Bortex avvanzaw 0.5%. Il-Von Der Heyden Group żdiedu 0.6%. F’territorju negattiv kien hemm l-Eden Finance u l-Hili Finance bi tnaqqis ta’ 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu xi ftit iżda tħabtu biex jirkupraw kollox mit-telf tas-sessjoni ta’ qabel meta inventarji aktar għolja ta’ fjuwill fl-Istati Uniti wrew prospetti ħżiena għad-domanda hekk kif qed jikbru l-każi tal-coronavirus. Iż-żieda fil-prezz taż-żejt kienet l-istess iżda f’direzzjoni opposta tal-metalli prezzjużi hekk kif il-fidda u d-deheb tilfu fil-prezz.