Il-mewġa ġdida tal-COVID-19 f’xi pajjiżi tħalli effett ħażin fuq iż-żejt

L-ewro llum mar tajjeb kontra muniti ewlenin iżda tilef xi ftit kontra d-dollaru. Wara nofsinhar, il-munita unika tilfet 0.11% kontra d-dollaru, iżda żdiedet 0.70% kontra l-Isterlina, 0.69% kontra d-dollaru Awstraljan u 0.60% kontra l-yen.

Id-dollaru żdied llum għax l-investituri huma mħassba li l-irkupru ekonomiku ser ikun aktar bil-mod milli maħsub u marru għad-dollaru anke jekk aktar pajjiżi llaxkaw l-miżuri tal-lockdown. Id-dollaru ftit li xejn kellhom moviment matul il-lejl iżda żdied fin-negozju bikri f’Londra hekk kif l-investituri aġġustaw l-aspettattivi ta’ riskju tagħhom bi ħsebijithom fuq it-twissijiet dwar tieni mewġa tal-pandemija.

L-Isterlina mhux biss tilfet kontra l-ewro iżda anke kontra d-dollaru hekk kif żdied id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u dan kabbar id-domanda għad-dollaru bl-investituri kawti dwar l-illaxkar tal-miżuri fir-Renju Unit.

L-ishma Ewropej tilfu ż-żidiet bikrija tal-lum bl-ishma tal-ivvjaġġar u taż-żejt jintlaqtu ħażin anke jekk xi pajjiżi ħarġu mil-lockdowns.

Il-prezzijiet bil-quddiem fuq id-Dow Jones kienu resqin lejn tnaqqis ta’ aktar minn 200 punt fil-ftuħ wara żidiet wara xulxin. Investituri nhar il-Ġimgħa ftit taw kas tal-agħar rapport dwar l-impjiegi minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija u komplew jittamaw li l-istati jiftħu l-ekonomiji tagħhom f’dinja fejn għadha għaddeja l-pandemija.

Fil-Borża ta’ Malta, in-negozju fl-ishma lokali kien l-aktar negattiv.

Il-Malta International Airport tilfu l-aktar, 4% għal €4.80 kull sehem. L-HSBC Bank Malta tbaxxew b’1.96%, segwiti minn Lombard Bank Malta b’1.90%. Il-PG għalqu bil-prezz ta’ €1.85 kull sehem, tnaqqis ta’ 1.60%. Il-Bank of Valletta, l-RS2 Software, Simonds Farsons Cisk u l-International Hotel Investments ma kellhom ebda movement minkejja li kienu nnegozjati.

Il-bonds lokali kellhom movimenti negattivi u pożittivi. Il-Melite Finance tilfu l-aktar, 8.39%. L-SD Finance 2027 tilfu 1% u l-4.5% Hili Properties 2025 u t-Tumas Investments 2027 it-tnejn tilfu 0.50%.

F’territorju pożittiv kien hem mil-MIDI 2026 b’0.20%, l-AX Group 2026 b’1.50% u l-Mediterranean Investments Holding 2020 kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 4.21%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum hekk kif mewġa ġdida ta’ infezzjonijiet f’xi pajjiżi u tħassib dwar il-provvista kbira żejda persistenti ibbilanċjaw l-appoġġ minn tnaqqis fil-produzzjoni mill-akbar prodotturi taż-żejt fid-dinja.

Sinjali possibli ta’ tieni mewġa ta’ coronavirus ħassbu lill-investituri, hekk kif Wuhan, li kien l-epiċentru tal-imxija fiċ-Ċina, illum ħabbar l-ewwel ġabra ta’ infezzjonijiet minn meta l-lockdown tal-belt tneħħa xahar ilu.

Id-domanda globali għaż-żejt naqset b’amdwar 30% hekk kif il-pandemija fixklet il-moviment madwar id-dinja, u b’hekk żdiedu l-ħażniet.

Id-deheb kien stabbli hekk kif pressjoni minn dollaru aktar b’saħħtu u żieda fis-sentiment ta’ riskju wara l-illaxkar ta’ miżuri f’numru ta’ pajjiżi, kienu bbilanċjati minn tħassib dwar żieda f’każi ġodda tal-koronavirus, li żamm fuq ix-xwiek ċerti investituri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

L-ewro estenda ż-żidiet tiegħu llum lejn l-ogħla livell f’xahrejn hekk kif l-investituri stennew għat-tweġiba tal-President Trump għall-kontroll li qed  jiżdied miċ-Ċina fuq Hong Kong, li jista’ jkompli jħażżen it-tensjonijiet bejn…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Aktar