Il-Ministru Daniż jirriżenja

Il-Ministru Daniż għall-Għajnuna Barranija irriżenja wara li gideb lill-Parlament dwar il-fatt li aċċetta li jħallas spejjez għal vjaġġar, meqjusa bħala eseġerati, li ppreżentatlu organizzazzjoni ambjentali Sud-Korean.

Christian Friis Bach qal li bħala membru tal-bord tal-Global Green Growth Institute, li jagħti pariri lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-politika ambjentali, huwa approva linji gwida li donazzjonijiet tal-gvern Daniż jistgħu jintużaw biex membri jivvjaġġaw fl-ewwel klassi tal-ajruplani u anke jmorru joqgħodu f’lukandi lussużi.

Iċ-ċermen Daniż tal-grupp, Lars Loekke Rasmussen, qal li huwa nefaq aktar minn $190,000 (€141,000) minn fondi tal-istitut fuq disa’ vjaġġi.

Fl-2011, id-Danimarka tat 30 miljun kroner (€4 miljuni) lill-istitut biex jintużaw fuq medda ta’ tliet snin.