X

Il-munita Amerikana tbaxxiet għall-inqas rata f’erba’ ġimgħat

Muniti

Id-Dollaru żdied hekk kif is-serħan wara l-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-Messiku ċeda postu għat-tħassib fost l-investituri li l-kunflitt dwar il-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina mhux ser jintemm malajr.

Il-munita Amerikana matul il-lejl tbaxxiet għall-inqas rata f’erba’ ġimgħat hekk kif l-investituri investew fil-munita wara l-ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Id-Dollaru waqa’ għat-tielet ġimgħa, anke jekk l-Istati Uniti qed iżżid ir-rati tal-interess b’pass aktar mgħaġġel minn ekonomiji maġġuri oħrajn.

Dan huwa parzjalment minħabba l-inċertezza politika fl-Istati Uniti, akkużi kriminali saru kontra wieħed mill-ex-konsulenti ta’ Trump il-ġimgħa li għaddiet, u kummenti mill-Federal Reserve li dehru jissuġġerixxu pass inqas mgħaġġel fiż-żieda fir-rati tal-interessi.

L-Ewro tilef 0.28% għal $1.1660 hekk kif kiber it-tħassib li l-iżbilanċ pubbliku tal-Italja ser jeċċedi l-limitu ta’ 3% tal-prodott domestiku gross impost mill-Unjoni Ewropea. L-Ewro tilef ukoll kontra l-Isterlina b’0.28%; kontra d-Dollaru Kanadiż b’0.23%, il-Yen b’0.16% u kontra l-Frank Żvizzeru b’0.33%. Sadattant l-Ewro żdied b’0.36% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-ishma Ewropej ftit li xejn iċaqalqu hekk kif l-ottimiżmu mqajjem mill-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-Messiku batta’, u kibret l-inċertezza dwar ftehim simili mal-Kanada u splużżjoni għat-tilwima tal-Istati Uniti maċ-Ċina.

Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.35%. Madankollu l-iSTOXX 50 żdied b’0.09%; id-DAX b’0.16% u l-CAC 40 b’0.20%.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.04% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.156% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma tal-RS2 Software, PG, Malta International Airport u Bank of Valletta żdied b’aktar minn 0.30% bl-RS2 Software juru żieda ta’ 3.51% għal €1.18. Il-GO u l-HSBC Bank Malta kienu fost dawn li tbaxxew b’aktar minn 0.50% bl-HSBC Bank jitlef l-aktar b’1.67%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2022, il-Hili Finance Company 2028 u d-Dizz Finance 2026 kienu fost dawk li żdiedu b’aktar minn 0.10%.

F’territorju negattiv kienu l-Virtu Finance 2027, il-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje), il-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel serje) u l- Mediterrean Maritime Hub Finance 2026. Huma naqsu b’aktar minn 0.40%. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 tilfu bi 2.90% u għalqu €100.50.

Il-prezz taż-żejt illum żdied, sostnut mill-aħbar li naqset il-provvista mill-Iran għax is-sanzjonijiet Amerikani qed ibegħdu lix-xerrejja, iżda ż-żidiet kienu limitati minn evidenza li żdiedet il-ħażna fl-Istati Uniti.

Il-Brent kellu żieda ta’ 0.83% għal $76.49 waqt li l-U.S. light crude wera żieda ta’ 0.77% għal $69.06.

Il-prezz tad-deheb żdied b’0.13% għal $1,203.20 kull uqija waqt li dak tal-fidda naqas b’0.41% għal $14.69 kull uqija.

rg :