Lokali
Il-munita ewro kompliet titbaxxa

Muniti

L-ewro kompla jitbaxxa u jinsab fil-livelli li l-aħħar li intlaħqu kien f’Diċembru 2020 ta’ madwar $1.20 minħabba rkupru moderat mill-munita Amerikana. Iż-żieda fis-saħħa tad-dollaru ġiet flimkien ma titjib fid-dħul mill-bonds ta’ 10 snin tal-Gvern Amerikan li tela għal 1.21% wara li kien tbaxxa għal 1.06% fil-bidu tal-ġimgħa. L-ewro safa’ taħt aktar pressjoni minħabba l-perċezzjoni tal-investituri ta’ ricessjoni fiż-żona ewro. Ċifri ħżiena dwar is-settur tal-manifattura fiż-żona ewro kmieni dalgħodu kompla isaħħu din il-fehma.

Id-Dollaru Awstraljan kontra dak Amerikan żamm maż-żidiet modesti ta’ kuljum matul is-sessjoni bikrija Amerikana, għalkemm ma kienx hemm segwitu u il-par baqa fil-firxa ta’ 0.7600.

Indiċi

Indiċijiet maġġuri Amerikani bdew il-jum fuq nota mħallta fost rendiment vari tas-setturi ewlenin. L-Indiċijiet fl-Ewropa kienu ġeneralment pożittivi. Għalkemm bosta data u avvenimenti naqqsu x-xiri qawwi, l-ishma Asjatiċi baqgħu pożittivi matul illum. Ir-raġuni aktarx li ġejja mit-taħditiet dwar l-istumulu Amerikan u l-kampanja ta tilqim tajba globali kif ukoll nuqqas ta’ saħħa fix-xiri. L-indiċi kMalti tilef 0.6%.

Ishma

L-indiċi f’Malta tbaxxa għax sehem wieħed biss kien pożittiv. Il-BMIT Technologies żdiedu aktar minn 2% waqt Ii l-bqija tal-ishma ġew negozjati bla moviment jew fin-negattiv. Il-Malta International Airport tilfu 0.81%, il-Malta Property Company tiulfu 1.89% waqt li l-PG tilfu kważi 3%. L-akbar telf kien fl-ishma tal-HSBCX b’aktar minn 4 ½%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-bidliet kienu fuq ixaqilbu lejn in-negattivb. L-aħjar li marru kell;hom żieda ftit inqas minn 0.5waqt li dawk li tbaxxa, it-tnaaqis kien ta’ aktar minn 4%. In-1923 Investments u l-International Hotel Investments tilfgu 1% mill-valur, l-iStivala Group 2029 tilfu 1.6%. L-agħar li marru kienu l-International Hotel Investments 2024.

Prodotti Essenzjali

Id-deheb baqa’ taħt pressjoni u riesaq lejn l-$1,830. Analist tekniku kien ikkwotat li qal li d-deheb, riesaq lejn l-$1,810 għax wara jista jitbaxxa lejn l-$1,765 u l-$1760. Il-fidda waqfet miż-żieda fl-aħħar siegħat għax ftit iridu jħallsu il-przz ta $27. Pressjoni addizzjonali fuq il-fidda ġiet miċ-Chicago Mercantile Exchange li żieda il-maintenance margin bi 18%.