Barranin
Il-munita unika tieħu tisbita għall-inqas rata fi 28 xahar

Muniti

L-ewro ħa tisbita għall-inqas rata fi 28 xahar kontra d-dollaru għax l-investituri qed jistennew rati ta’ interessi negattivi għal żmien twil fiż-żona tal-ewro. Il-waqgħa tal-munita unika waslet ukoll mat-tisħiħ tad-dollaru hekk kif it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kibret u l-investituri daru lejn xiri ta’ assi fl-Istati Uniti bħala investiment sigur mingħajr ma jixtru bil-quddiem il-munita.

L-Isterlina waqgħet taħt id-$1.20 għall-inqas rata fi tliet snin għax l-ultimatum impliċitu mill-Prim Ministru Boris Johnson lill-parlamentari biex jagħtuh appoġġ fuq Brexit jew isejjaħ elezzjoni wasslet biex l-investituri jeħilsu minn assi Brittaniċi.

Indiċi

L-ishma Ewropew waqgħu għall-ewwel darba f’erba’ sessjonijiet illum, hekk l-inċertezza ta’ ħruġ kaotiku tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u t-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina laqtu ħażin lis-sentiment. Il-Parlamentari Ingliżi llum kellhom jiddeċiedu dwar jekk jressqux lill-pajjiż eqreb lejn elezzjoni meta ser jivvutaw fl-ewwel stadju ta’ pjan biex jimblukkaw lill-Prim Ministru milli joħroġ lill-pajjiż bla ftehim.

L-ishma fl-Istati Uniti kienu resqin lejn ftuħ aktar baxxa hekk kif bdiet isseħħ sensiela ġdida ta’ tariffi kontra prodotti Ċiniżi u wara rapport li uffiċjali miż-żewġ naħat qed jitħabtu biex jiddeċiedu dwar l-iskeda għal laqgħa dan ix-xahar.

Ishma Lokali

Is-sessjoni tal-ishma lokali llum kienet kwieta ħafna bil-Bank of Valletta biss ikollhom żieda ta’ 0.89%. Il-BMIT Technologies, l-International Hotel Investments u l-PG kienu nnegozjati mingħajr bidla.

Ishma

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Von Der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’1.41% u n-1923 Investments 2024 żdiedu b’0.30%; il-Premier Capital 2026 naqsu b’0.14%; l-SD Finance 2027 żdiedu b’0.48%; l-Eden Finance 2027 żdiedu wkoll b’0.38%; iċ-Central Business Centres 2027 żdiedu b’0.48% u l-iStivala Group Finance 2029 tbaxxew b’0.04%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew b’aktar minn 2% illum, minħabba żieda fil-produzzjoni mill-OPEC u r-Russja kif ukoll minħabba t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet tad-deheb baqgħu stabbli hekk kif l-inċertezza dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea bbillanċjaw il-pressjoni minn dollaru aktar b’saħħtu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-moviment fis-swieq finanzjarji llum kienu modesti ħafna, bil-muniti ewlenin jirreġistraw ċaqliq negliġibbli kontra l-ewro. Ċaqliqiet notevoli kienu kontra l-isterlina u l-frank Żvizzeru. L-isterlina żdiedet wara jumejn ta’ telf hekk…

Barranin

Muniti Wara żidiet iniżjali fin-negozju bikri f’Londra, id-domanda għal muniti meqjusa siguri battiet bil-Yen juri żieda ta’ 0.1% kontra l-ewro u l-Frank Żvizzeru kważi bla ebda żieda mal-munita unika. L-Isterlina…

Barranin

Muniti L-isterina ddgħajfet xi ftit illum, iżda mhux wisq ’il bogħod mill-ogħla rata f’sitt xhur kontra l-ewro, hekk kif l-investituri għadhom jaħsbu li l-Konservattivi fil-gvern ser jirbħu l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel….

Barranin

Muniti L-ewro żdiedet għall-ogħla rata kontra d-dollaru fi 11-il jum, mgħejjun minn aspettattivi li l-Istati Uniti u ċ-Ċina dalwaqt jiffirmaw ftehim biex itemmu l-gwerra kummerċjali li ħalliet ħafna ħsara. L-ekonomija…

Aktar