Il-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt mistennija jżidu l-produzzjoni

Muniti

Id-dollaru Amerikan stabbilizza qrib l-inqas livell f’ġimagħtejn miżmum lura mill-messaġġ taċ-Ċerman tal-Federal Reserve Jerome Powell li ma hemmx għaġla sabiex jitnaqqas l-istimulu monetarju massiv.

Il-ġibda tad-dollaru ħadet daqqa nhar il-Ġimgħa wara li Powell qal li tnaqqis jista’ jibda din is-sena iżda li l-bank ċentrali se jibqa’ kawt.

L-investituri wieġbu billi ġibdu l isfel l-indiċi tad-dollaru li jkejjel il-valur tal-munita mal-muniti rivali.

L-indiċi tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn ta’ 92.595 sakemm stabilizza fi 92.69.

L-ewro kien jiswa $1.1795, stabbli għal jum iżda fl-Asja laħaq id-$1.1810, l-ogħla fi tliet ġimgħat.

Indiċi

L-ishma Ewropej żammew sodi qrib l-ogħla livell rekord kmieni dan ix-xahar hekk kif appoġġ kontinwu mill-banek ċentrali ser ikompli jsostni l-ekonomija minħabba il-każi tal-varjant Delta li qed jiżdiedu.

L-S&P 500 n-Nasdaq laħqu l-ogħla livell hekk kif kummenti moderati mill-Federal Reserve l-ġimgħa li għaddiet kabbar l-ottimiżmu f’irkupru ekonomiku u naqqas il-beżgħat ta’ tnaqqis immedjatl fl-istimulu monetarju. Id-Dow Jones żdied 0.05.

Ishma

In-negozju fl-ishma lokali llum kien imħallat. Il-Medserv kienu fuq quddiem fit-telf bi 3.33%, il-Malta International Airport naqsu bi 2.44% u l-RS2 Software b’1.69%.

L-HSBC Bank Malta żdiedu b’1.25%, il-Plaza Centres b’1.67%, il-Malita Investments b’4.88% u t-Tigne Mall marru l-aħjar b’6.33%

Bonds

Il-movimenti l-kbar fil-bonds lokali kienu l-aktar pożittivi. Il-GAP Group 2023 tilfu 3.13 segwiti minn AX Investments 2024 li tilfu 1.15%.

F’territorju piożittiv kien hemm il-MIDI 2026 b’0.87%, il-Grand Harbour Marina b’0.98%, il-Phoenicia Finance Company 2023-2028 b’1%, l-SD Finance 2027 b’1.08% u l-Bank of Valletta 2030 l-Ewwel Serje l-Ewwel Ħruġ avvanzaw 1.96%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz taż-żejt stabilizza ruħu wara li tilef l-irkupru ta’ kmieni għall-ogħla prezz f’erba’ ġimgħat hekk kif l-urugan Ida ddgħajjef wara li kkawża l-għeluq tal-produzzjoni Amerikana fil-Golf tal-Messiku u l-OPEC u l-alleati jidhru li ser jkomplu bil-pjani li jżidu l-produzzjoni.

Il-prezz tad-deheb stabilizza qrib l-ogħla livell f’erba ġimgħat u kkonsolida ż-żidiet wara l-istqarrija tal-Federal Reserve li r-rati tal-interessi se jibqgħu baxxi sal-futur prevedibbli.