Barranin
Il-pawża fil-ġlieda kummerċjali tolqot l-ishma u ż-żejt

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri kabbru s-sentiment favur id-dollaru għar-raba’ ġimgha infila u investew dak li kellhom ippjanat għal żmien qasir.

L-isterlina waqgħet għall-inqas livell fi kważi ħames xhur illum hekk kif irkupra d-dollaru u l-investituri qed iħejju għal statistika li tista’ tiddetermina jekk il-Bank of England jżidx jew le r-rati tal-interessi din is-sena.

Il-pawża fil-ġlieda kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tat sostenn lill-ishma fil-bidu tal-ġimgħa. Wara li spiċċa fin-negattiv fi tlieta mill-aħħar erba’ ġimgħat, id-Dow Jones fetaħ tajjeb.

Il-FTSE 100 jinsab f’livell għoli rekord wara l-pawsa bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Inkisru aktar rekords fl-ishma f’Londra waqt li l-isterlina tbaxxiet għall-inqas livell din is-sena. Il-FTSE 100 laħaq l-ogħla livell b’żieda qawwija fl-ishma tal-kumpaniji finanzjarji.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, mgħejjuna mill-aħbar li l-Istati Uniti u ċ-Ċina taw pawża lill-ġlieda kummercjli bejniethom. Il-Brent kien $71.58 kull barmil, żieda ta’ 36 cent jew 0.5% mill-aħħar għeluq.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa għall-inqas livell ġdid wara li s-Segretarju tat-Teżor Amerikana Steven Mnuchin qal li bħalissa hemm pawsa bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u dan wassal biex biex kiber is-sentiment favur assi b’riskju akbar bħall-istokks u d-dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Aktar