Barranin, Lokali
Il-persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-Istati Uniti telgħu għal 1.9 miljun

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata kontra il-yen dan ix-xahar, taħt pressjoni ta’ xniegħat ta’ dewmien possibbli fir-riformi fiskali tal-President Trump kif ukoll minħabba nuqqas ta’ riskju. L-isterlina żdiedet ftit illum hekk kif l-istennija tal-issikkar monetarju gradwali mill-Bank of England ipproteġiet lill-isterlina mill-inkwiet politiku tal-Gvern tal-Prim Ministru Theresa May.

Indiċi

Wall Street illum fetaħ aktar baxx bid-Dow Jones jitlef 0.57%, imbuttat ‘l isfel mill-ishma tat-teknoloġija u bankarji u x-xettiċiżmu li qed jikber dwar il-pjan tar-riforma fiskali ta’ Trump. L-indiċi ewlenin kollha kienu f’territorju negattiv. Id-DAX kien l-aktar li tilef, 1.23%.

Ishma Lokali

Ftit kien hemm movimenti fis-suq tal-ishma lokali llum. Il-Mapfre Middlesea u l-RS2 Software kienu f’territorju pożittiv b’żieda ta’ 3.39% u 0.45% rispettivament. Il-Bank of Valletta llum tilef 0.99%.

Bonds lokali

Kien hemm attività kbira fis-sessjoni tal-bonds lokali. L-SD Finance 2027 u l-PTL Holdings 2024 kienu fuq quddiem b’żidiet ta’0.72% u 0.49% rispettivament. Simonds Farsons Cisk 2027 tilfu 0.95%.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-persuni li komplew jirreġistraw għax-xogħol fl-Istati Uniti telgħu għal 1,900,000. Ekonomisti mistħarrġa minn Reuters qalu li kienu jistennew li ċ-ċifra tkun 1,890,000. L-għadd ta’ Amerikani li applikaw għal benefiċċju tal-qgħad żdied aktar milli kien mistenni matul il-ġimgħa li għaddiet. Dan jista’ jagħti l-kas li ġej mill-fatt li qed jitjieb l-ipproċessar tat-talbiet wara t-tħarbit mill-uragani. It-talbiet ġodda telgħu b’10,000 għal 239,000.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt issodaw taħt l-ogħla prezz f’sentejn illum, sostnut minn qtugħ fil-provvisti mill-esportaturi ewlenin, iżda l-analisti qalu li s-suq jista’ jkunu vulnerabbli għall-bejgħ qawwi wara bosta xhur ta’ żidiet. Dollaru aktar dgħajjef wassal biex il-prezz tad-deheb jitla’ għall-ogħla fi tliet ġimgħat, it-tieni żieda bħal din fi ġranet konsekuttivi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru gawda minn irkupru żgħir hekk kif l-investituri xtrawh wara l-akbar waqgħa tiegħu fi tliet snin u nofs, għalkemm analisti qalu li kull irkupru għandu jkun qasir għax għandhom jaħdmu…

Barranin

Din il-ġimgħa Id-dollaru tbaxxa lejn l-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn, hekk kif fatturi moderati jibbilanċjaw l-appoġġ li l-munita Amerikana…

Barranin

Id-dollaru llum waqa’ sew, u tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen, hekk kif is-sentiment negattiv madwar id-dollaru kien akbar miż-żieda  fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin. Dan…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen għar-raba’ jum infila bl-investituri nervużi qabel ma joħorġu aktar tard iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fost irkupru fraġli fis-swieq finanzjarji. Id-dollaru,…

Aktar