Lokali
Il-Premju Entrepreneur of the Year f’Malta

Angelo Xuereb, iċ-Chairman ta’ AX Holdings, rebaħ it-tieni edizzjoni tal-Malta EY Entrepreneur of the Year. F’Ġunju li ġej, Angelo Xuereb se jmur Monaco biex jirrappreżenta lil Malta u jikkompeti għall-EY World Entrepreneur of the Year Award flimkien ma’ mexxejja ewlenin tan-negozju ġejjin minn aktar minn 60 pajjiż. Il-lista tar-rebbieħa tal-passat f’Monaco tinkludi wħud mill-iktar imprendituri influwenti minn firxa wiesgħa ta’ negozji bħal Amazon, Cirque du Soleil u LinkedIn.

Shane Hunter mill-Grupp AquaBioTech rebaħ il-Premju ta’ EY Rising Star ta’ din is-sena u hu ukoll se jkun qed jattendi ċ-ċerimonja f’Monaco f’Ġunju li ġej.

Ronald Attard, Managing Partner ta’ EY Malta qal: “Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Premju ta’ Entrepreneur of the Year ta’ EY Malta attira nominazzjonijiet ta’ kwalità minn setturi differenti ħafna. Dan jenfasizza ukoll id-diversità li teżisti fl-ekonomija ta’ Malta, element li għandna nkunu kburin bih u li għandna nkomplu nsaħħu.  Filwaqt li nifraħ lis-sur Xuereb u lis-sur Hunter, nixtieq nirringrazzja għal darb’oħra lill-parteċipanti kollha, u lill-membri tal-ġurija indipendenti, li taw sehemhom biex dan l-avveniment, għal darb’oħra, jerġa’ jkun ta’ suċċess.”

Il-finalisti l-oħra kienu Matthew Borg minn Studio Moda Group, Zak Borg u Benji Borg minn ANCHOVY, David Felice, David Drago u Konrad Buhagiar minn Architecture Project, Alex Mifsud minn Ixaris, Frank Salt minn Frank Salt Real Estate, Joseph Sultana u Dr John Abela minn Ascent Software, u Marlon Grech minn Thynk Software.

EY ilha torganizza il-premjijiet tal-Entrepreneur of the Year fuq bażi globali għal dawn l-aħħar tletin sena. Mifruxa f’iktar minn 60 pajjiż, EY ħolqot netwerk internazzjonali ta’ 50,000 imprenditur u huma l-punt ta’ referenza globali li jirrifletti l-ispirtu imprenditorjali tal-lum u ta’ għada. Aktar minn 50% fost l-aqwa 100 kumpanija NASDAQ tal-lum rebħu l-Premju tal-Entrepreneur of the Year, u ħafna minnhom irċevew il-premju qabel ma kisbu posthom mal-ogħla 100 kumpanija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tela’ għall-ogħla livell f’disat ijiem minħabba żieda fl-ishma u t-tħassib li l-pressjonijiet inflazzjonarji fl-Istati Uniti ser jiżdiedu, għalkemm it-tħassib dwar żieda fil-kunflitt kummerċjali illimita ż-żidiet. L-ewro ma…

Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Aktar