Barranin
Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għid li r-riskji ekonomiċi kibru

Muniti

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames ġimgħat kontra l-ewro. Dan wara li l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi qal li r-riskji ekonomiċi kibru u l-istatistika għal terminu qasir tkun aktar dgħajfa milli mistennija.

Il-Bank Ċentrali Ewropew illum ma għamel ebda bidla fil-politika monetarja tiegħu, u ħalla l-possibiltà ta’ żieda fir-rati tal-interessi aktar tard din is-sena anke hekk kif l-ekonomija taż-żona tal-ewro qed ikollha l-akbar tnaqqis fl-ekonomija fl-aħħar ħames snin.

L-ewro tilef 0.45% kontra d-dollaru għal $1.1329, wara kien tbaxxa sa $1.1308 l-inqas mis-17 ta’ Diċembru.

L-indiċi tad-dollaru li jsegwi d-dollaru kontra l-ewro, il-yen, l-isterlina u tliet muniti oħra, żdied b’0.33% għal 96.439.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa mill-ġdid taħt pressjoni llum waranofsinhar, hekk kif l-investituri studjaw l-aħħar aħbarijiet politiċi u mill-banek ċentrali. L-iSTOXX 50 ma kellu ebda bidla u tilef xi żidiet li kellu. Il-Boroż ewlenin u periferali fl-Ewropa wkoll kienu qed jippuntaw lejn direzzjonijiet differenti, waqt li s-setturi kienu b’mod ġenerali ogħla.

Is-swieq saru aktar nervużi fin-negozju taktar tard wara kummenti ġodda mis-Segretarju tal-Kummerċ Amerikan, u dan wassal għat-telf fil-prezzijiet bil-quddiem.

Fl-Istati Uniti, l-ishma fetħu mħallta wara li mewġa ta’ rapporti finanzjarji mill-kumpaniji li kienu aħjar milli mistennija kienu bbilanċjati minn kundizzjonijiet ekonomiċi globali li qed jiddgħajfu. Id-Dow Jones żdied b’0.1%.

Ishma

Fil-Borża t’ Malta, l-ishma tal-Malta International Airport kellhom l-akbar żieda ta’ 2.52% segwiti minn GlobalCapital li żdiedu bi 2.22%.

F’territorju negattiv kienu l-International Hotel Investments b’telf ta’ 1.67% u l-Main Street Complex b’0.77%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds, l-iStivala Group Finance 2027 żdiedu b’0.96% waqt li l-parti l-kbira tal-bonds l-oħra kellhom żidiet modesti.

Is-suq tad-deheb qed jipprova jeħodha kontra d-dollaru wara li l-Bank Ċentrali Ewropew qajjem tħassib dwar theddid dejjem jiżdied lill-ekonomija tar-reġjun.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa llum minħabba li reġa’ qam it-tħassib dwar l-ekonomija globali, u tilef iż-żidiet bikrin wara l-potenzjalità ta’ sanzjonijiet Amerikani kontra l-Veneżwela.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar