Barranin
Il-prezz tad-deheb biddel ir-rotta biex jiġi negozjat bi prezz inqas

Muniti

Id-dollaru riesaq lejn tmiem ir-raba’ xahar konsekuttiv ta’ telf wara bidla fil-politika monetarja mill-Federal Reserve dwar l-inflazzjoni, waqt li l-ewro riesaq lejn ir-raba’ xahar ta’ żieda, biż-żewġ muniti f’livelli li l-aħħar li kienu hekk kien fl-2018.

L-investituri qed jaġġustaw irwieħhom għad-diskors taċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell nhar il-Ħamis li għadda fejn spjega bidla fil-politika monetarja li hija maħsuba li ser tirriżulta f’żieda fl-inflazzjoni u bir-rati tal-interessi jibqgħu fil-livelli baxxi għal żmien itwal.
L-Isterlina, li bħalissa qed tkun innegozja fl-ogħla livell fi tmiem xhur tbaxxiet b’0.23% għal $1.3345 kontra d-dollaru Amerikan.

Indiċi

L-ishma Ewropej fetħu ogħla llum hekk kif il-kumpaniji l-kbar taż-żejt u l-gass kienu sostnuti minn prezzijiet ogħla taż-żejt mhux raffinat, waqt li data pożittiva dwar is-settur tas-servizzi miċ-Ċina ukoll qanqlet ottimiżmu dwar l-irkupru ekonomiku.

Fl-Istati Uniti, l-S & P 500 kien mistenni li jitla’ lejn livell għoli rekord għas-sitt sessjoni infila, minħabba tamiet qawwija ta’ rkupru ekonomiku minħabba l-appoġġ fit-tul mill-banek ċentrali mexxiha lejn l-aħjar Awwissu għal għexieren ta’ snin.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma tal-Medserv kieu fuq quddiem tat-telf b’4.62%, il-BMIT Technologies tilfu 3.36% u l-Harvest Technology tbaxxew b’1.36%. F’territorju pożittiv kien hemm il-Malta International Airport b’1.63% waqt li l-PG marru l-aħjar b’7.56%. Ishma oħra negozjati ma kellhomx bidla fil-prezz.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, il-MIDI 2026 tilfu 3.56%, l-International Hotel Investments 2026 tilfu 0.49%, il-Merkanti Holding 2026 tbaxxew b’0.29% kif għamlu l-SP Finance 2029 b’0.05%.

Fuq in-naħa pożittiva kien hemm il-Hili Finance Company 2028 u l- Exalco Finance 2028 li t-tnejn avvanzaw b’aktar minn 0.80% u d-Dizz Finance 2026 għalqu pożittivament b’1.02%

Il-prezz taż-żejt żdied illum, bil-Brent jilħaq l-ogħla livell f’ħames xhur, mgħejjun minn tnaqqis ta’ 30% fil-provvisti minn Abdu Dhabi u statistika inkoraġġanti miċ-Ċina anke hekk kif id-domanda globali qed titħabat biex tirritorna lejn il-livelli ta’ qabel il-coronavirus f’suq fornut sewwa bil-provvista.

Il-prezz tad-deheb biddel ir-rotta biex ikun innegozjat bi prezz inqas hekk kif id-dollaru kiseb lura xi telf, għalkemm il-politika monetarja ġdida tal-Federal Reserve li ssuġġeriet li r-rati tal-interessi ser jibqgħu qrib iż-żero għal xi żmien illimat it-telf għad-deheb.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar