Il-prezz tad-deheb ikompli jinżel

Kienet ġimgħa nieqsa minn avvenimenti ta’ nota fis-swieq finanzjarji Ewropej bis-swieq fl-Istati Uniti jkomplu fl-aħbarijiet b’serje oħra ta’ żidiet rekord, u għalkemm id-DAX rnexxielu jikseb livell għoli rekord fil-bidu tal-ġimgħa, ftit kien hemm momentum fiċ-ċaqliq ta’ din il-ġimgħa.

Is-swieq fl-Asja rritornaw mill-btala tras-Sena Lunari Ġdida b’sessjoni ukoll dgħajfa u dan wassal ukoll għal bidu ta’ negozju baxx fis-swieq finanzjarji Ewropej b’xi tnaqqis bikri fis-setturi tal-ivvjaġġar u tad-diverstiment.

Fost l-akbar telliefa kien hemm IAG li jinsabu fil-qiegħ tal-FTSE 100, bis-settur tal-linji tal-ajru ikollu ġimgħa diżappuntanti għax qed jidher aktar ċar li l-istaġun tal-btajjel tas-sajf mistenni jara lill-popolazzjoni fir-Renju Unit tibqa’ fis-suq intern, b’aċċess ristrett ħafna għal btajjel barra l-pajjiż. Easyjet ukoll tbaxxew u tilfu ż-żididet li kellhokm il-ġimgħa li għaddiet.

Il-Carnival Cruise Lines ukoll jinsabu taħt pressjoni wara li tbaxxa biex jinbiegħ mill-bank Berenberg, flimkien man-Norwegian Cruise Lines bil-bank jgħid li huwa dispost negattivament lejn ishma tad-divertiment fl-isfond tal-pandemija. Waqt li ftuħ mill-ġdid fl-ekonomija  jipprovdi ftit għajnuna lis-settur dan jidher li għadu l-bogħod wisq.

Il-kumpanija proprjetarm ta’ Premier In,, Whitbread min-naħa l-oħra, waqt li ser ittemm l-ġimgħa aktar baxx jidher iżda li ser iżżomm il-parti l-kbira taż-żidiet li kellha l-ġimgħa li għaddiet f’sinjal li tista’ tibbenefika minn staġun fejn l-Inghliżi jqattgħu l-btajjel id-dar.

Il-focus llum kien fuq l-aħħar ċifri tal-Prodott Domestiku Gross  għar-raba’ kwart tal-2020 tar-Renju Unit li wrew li l-ekonomija espandiet b’1%, u dan aktar milli kien mistenni. Dan ifisser li r-Renju Unit evita riċessjoni doppja għalissa. Huwa magħruf li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-ekonomija ser tiċkien minħabba l-miżuri tal-lockdown li ilhom mis-6 ta’ Jannar u li mhux mistennija jkunu llaxkati ħafna qabel tmiem Marzu.

Il-Bank of England diġà indika li jaħseb li l-ekonomija ser tiċkien b’4% fl-ewwel kwart fuq il-bażi li għalkemm dan jista’ jkunu t-tielet lockdown fi spazju ta’ 12-il xahar xorta mhuwiex qawwi daqs l-ewwel wieħed. Waqt li r-Renju Unit irnexxielu jeħles minn riċessjoni doppja dan ma jibdilx il-fatt li l-ekonomija tar-Renju Unit kellha l-akbar tnaqqis mill-1709 ta’ 9.9% taħt iż-żero (-9.9%). Madankollu waqt li dan ser jiġbed l-attenzjoni, hemm xi affarijeit pożittivi jekk wieħed iħares’il quddiem.

Il-prezz tad-deheb kompla jitlef għal $1,18209 meta kien laħaq l-$1,850 kmieni fil-ġimgħa. Il-mixja tad-deheb mad-dollaru tidher li qed tbaxxi hekk kif l-irupru fil-grupp tal-platinu naqqas l-attrazzjoni tad-deheb.