Il-prezz tad-deheb ikompli jirkupra

Muniti

L-ewro irtira mir-rata ta’ $1.1850 li kienet l-ogħla tal-jum qabel ma toħroġ dejta mill-Istati Uniti u hekk kif id-dollaru rnexxielu jattira xerrejja f’ambjent kontra r-riskju.

It-ton ħażin tal-ishma Ewropej u t-tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan qed jirriflettu s-sentiment ħażin.

Dejta ħażina dwar it-tkabbir ekonomiku fiċ-Ċina li ħareġ bil-bidu tal-jum u l-kummenti moderati tal-President tal-Federal Reserve Jerome Powell huma l-isfond tas-sentiment negattiv.

Id-dejta mill-Istati Uniti kienet imħalta.

Ġie ppubblikat n-New York Empire State Manufacturing Index għal Lulju, li tjieb minn 17.4 għal 43, iżda l-Philadelphia Fed Manufacturing Survey tbaxxa minn 30.7 għal 21.9 fl-istess perjodu.

Minbarra hekk iċ-ċifri tal-qgħad għall-ġimgħa li għaddiet irriżultat fi 360,000 kif imbassar.

Powell illum kellu jidher quddiem kumitat ieħor tal-Kungress u seta’ jitfa’ aktar ħjiel dwar l-iżviluppi ekonomiċi u tal-politika monetarja.

Indiċi

L-indiċijiet maġġuri fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxa wara l-pubblikazzjoni ta’ dejta makro-ekonomika mħalta mill-Istati Uniti.

F’riflessjoni tas-sentiment kontra r-riskju, l-Indiċi tal-Volatilità taċ-Chicago Board Options Exchange, li huwa l-indiċi li jkejjel il-biża’ f’Wall Street, żdied bi kważi 7%.

Id-Dow Jones kien qed jitlef 0.2% wara nofsinhar wara li l-Ewropa u r-Renju Unit kienu qed jitilfu qrib il-1%. L-indilċi lokali tilef 1.4%.

Ishma

Fil-qasam lokali kienet ġurnata kwieta fil-qasam tal-ishma b’żewġ ishma biss bidla l-prezz.

Il-Loqus Holdings żdiedu ftit wara t-telf kbir tal-bieraħ u għalqu b’żieda ta’ 1.61% waqt li l-International Hotel Investments tilfu 13.6% għal prezz ta’ €0.57.

Kien hemm negozju fil-BMIT Technologies, il-Bank of Valletta, il-Malta International Airport u l-PG bla bidla fil-prezz.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mxaqilba lejn territorju pożittiv.

L-International Hotel Investments 2026 u t-Together Gaming Solutions avvanzaw qrib it-2% waqt li t- Tum Finance, l-International Hotel Investments 2024 u l-Premier Capital żdiedu madwar 1%.

Il-GO tilfu 0.53% u l-United Finance tilfu 1.48%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz tad-deheb riesaq biex jestendi l-irkupru tal-bieraħ lejn l-prezz medju ta’ 100 jum ta’ $1838 wara li żamm il-prezz medju għal 200 jum f’$1826.