Il-prezz tad-deheb jaf jgħaddi minn żmien iebes

Il-bejjiegħa finanzjarji baqgħu fil-kontroll tas-sentiment dwar il-munita unika u żammew ir-rata madwar id-$1.2000. L-ewro baqa’ minn taħt għal sessjoni oħra u għal ftit ħin tbaxxa għall-inqas rata f’ġimagħtejn ta’ $1.1980 matul in-negozju bikri. L-interess għax-xiri tad-dollaru jidher li huwa b’saħħtu għalissa u żdied wara l-kummenti tal-bieraħ mis-Segretarju tat-Teżor Janet Yellen.

Fl-istess ħin, id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan ma jidhirx tajjeb waqt li l-parteċipanti tas-suq jidher li qed jagħtu każ in-narrattiva tal-irkupru ekonomiku. L-ewro tbaxxa kważi ma kull munita l-aktar kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-ekonomista ewlieni tal-Bank Ċentrali Ewropew, Philip Lane,  illum qal li l-aċċellerazzjoni fit-tilqim fl-Ewropa u l-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomiji diġà ttieħed ħsieb tagħhom fit-tbassir għal Marzu tal-Bank. Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel qalet li jkun sensibbli għall-Ewropa li tiżviluppa ftehim kummerċjali mal-Istati Uniti. Is-sentiment tas-suq tjieb wara dawn il-klummenti. Id-DAX 30 kellu żieda ta’1.82% fuq bażi ta’ jum. Ir-Renju Unit u Franza wkoll kienu qed jinnegozjaw ogħla waqt li l-Istati Uniti kienet marġinalment ftit aktar baxxi. L-indiċi lokali, bħat-Topix, tbaxxa.

Ishma

L-ishma lokali llum kellhom jum kwiet b’negozju f’erba ishma biss., L-HSBC Bank żdied kważi 2% waqt li t-tliet l-oġra tilfu fil-prezz. Il-GO kien l-inqas milqut b’nofs punt perċentwali. Il-BMIT Technologies u l-MIDI tilfu aktar b’tal-ewwel jitilfu 2% u l-MIDI 5%.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu aktar attivi mill-ishma. L-Eden Finance u l-Hili Finance 2029 kienu l-aktar li avvanzaw  b’tal-ewwel jiżdiedu 1% u  l-Hili b’0.6%. F’territorju negattiv kien hemm tnaqqis ta’ bejn 1% u 2%. Il-Mercury Projects, il-Cablenet Communications, Tumas Investments, Shorelines tilfu bejn il-1% u t=-2% waqt li d-Dizz Finance tilfu 4.66%.

Il-prezzijiet taż-żejt żammew ix-xejra ‘l fuq. Id-data mill-API wriet tnaqqis fil-ħażniet Amerikani taż-żejt mhux raffinat li juri żieda fid-domanda għall-enerġija. L-ottimiżmu dwar l-irkupru ekonomiku globali jżid d-domanda għall-enerġija waqt li l-moviment huwa kkorraborat aktar mid-deprezzament riċenti tad-dollaru.

Id-deheb tilef wara li ma qabiżx l-$1,800 kmieni din il-ġimgħa. Id-deheb jista’ jkollu żmien iebes jekk jekk jilħaqx dan il-limitu.