Barranin, Lokali
Il-prezz tad-deheb jaqa’ għall-anqas rata fi kważi sitt ġimgħat

Muniti Kontra l-Ewro

In-nuqqas ta’ fiduċja mill-investituri finanzjarji dwar żieda oħra fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti din is-sena żamm id-dollaru lura fil-bidu ta’ ġimgħa mimlija b’diskorsi mill-Federal Reserve u uffiċjali anżjani tal-Bank Ċentrali Amerikan.

L-isterlina żdiedet bjen 0.1 u 0.2 % kontra d-dollaru u l-ewro llum hekk kif il-Prim Ministru Theresa May laħqet ftehim biex ikollha appoġġ għall-gvern ta’ minoranza tagħha u b’hekk naqqset xi ftit l-inċertezza għar-Renju Unit fl-innegozjar tal-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

Wall Street dehret li ser tiftaħ b’żidiet bil-prezzijiet bil-quddiem ikkwotati fuq id-Dow Jones u l-S 500 Futures juru żieda ta’ 0.3%.

L-istokks Ewropej bdew il-ġimgħa tajjeb fosthom għax l-irkupru fil-prezz taż-żejt mhux maħdum  ta lill-ishma l-akbar żieda f’ħamest ijiem. Il-CAC 40 kellu żieda ta’0.98%; il-FTSE10-0 0.67% u d-DAX 0.59%.

Anke l-ishma Taljani wrew żieda hekk kif il-pajjiż daħal biex isalva żewġ banek falluti, waqt li l-istokks tal-enerġija wrew avvanz maż-żieda fil-prezz taż-żejt.

Ishma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma kien imħallat. Il-Medserv, kellhom żieda ta’ 4.51%; is-Santumas Shareholdings , 3.39%; il-Malta Properties Company, 1.73%; l-RS2 Software 1.54% u l-GO 0.69%.  L-HSBC Bank Malta u Tigne Mall tilfu 1.35% u 11.67%.

Bonds

Is-suq tal-bonds ukoll kien imħallat. Kien hemm żieda ta’ 0.95% fil-Corinthia Finance 2026; 0.35% fil-PTL Goldings 2024 u 0.20% fl-SD Finance 2027. Iżda min-naħa l-oħra kien hemm tnaqqis ta’ 0.10% fl-International Hotel Investments 2026; 0.24% fil-Ħal Mann Vella Group 2024 u ta’ 0.47% fil-GAP Group 2023.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-konsumaturi fir-Renju Unit żiedu s-self mill-banek bl-anqas pass f’aktar minn sena u nofs matul Mejju u l-banek offrew anqas self fuq xiri ta’ bini. Din l-istatistika mill-banek żiedet mas-sinjali ta’ tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija. Il-British Bankers Association qalet li t-tkabbir annwali fis-self mill-konsumatur naqas għal 5.1% f’Mejju, minn 6.4% f’April u l-anqas żieda minn Ottubru 2015.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt żdied għat-tielet sessjoni infila llum wara l-anqas livell f’seba’ xhur tal-ġimgħa li għaddiet iżda biż-żidiet limitati minħabba ż-żieda bla waqfien tal-provvisti mill-Istati Uniti u ħażniet mifqugħa.

Il-prezz tad-deheb waqa’ għall-anqas prezz tiegħu fi kważi sitt ġimgħat hekk kif ordni kbira ta’ bejgħ u dollaru aktar b’saħħtu laqat lis-sentiment, għalkemm it-telf kien limitat mill-inċertezza politika madwar id-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro llum tilef kważi ċenteżmu wara li kien tela’ għall-ogħla livell fi tliet snin ‘il fuq minn $1.23, hekk kif xi investituri kabbru l-ottimiżmu dwar il-munita, għalkemm…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro L-Ewro tbaxxa mill-ogħla rata għal tliet snin għax l-investituri biegħu l-munita minħabba dubju li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwarrab il-wegħda tiegħu li jkompli jixtri l-bonds fil-laqgħa tal-ġimgħa…

Barranin

L-ewro qabeż id-$1.21 għall-ogħla rata llum minħabba sentiment li l-Bank Ċentrali Ewropew qed ilesti biex itemm l-istimulu monetarju qawwi tiegħu, u wara li l-Kanċellier Ġermaniża Angela Merkel laħqet ftehim li…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro Id-Dollaru Amerikan illum waqa’ wara rapporti li ċ-Ċina kienet lesta li tnaqqas il-pass tax-xiri jew twaqqaf ix-xiri ta’ bonds tat-Teżor tal-Istati Uniti, bid-Dollaru jkollu l-akbar tnaqqis f’ġurnata…

Aktar