Barranin
Il-prezz tad-deheb jaqa’ wara żieda sostanzjali

Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell tal-2018 hekk kif l-investituri qed iħossuhom ċerti li rati tal-interessi li jiżdiedu ser ikomplu jsaħħu lill-munita Amerikana. L-indiċi li jkejjel is-saħħa tad-Dollaru kontra grupp ta’ muniti għola b’0.2% mhux il-bogħod mill-ogħla livell tal-2018 li d-Dollaru laħaq nhar il-Ġimgħa.

Id-Dollaru rkupra sewwa fl-aħħar ġimagħtejn wara li l-investituri ħaffew biex investew aktar għax iħossu li rati ogħla fl-Istati Uniti u sinjali li l-ekonomija qed tmur aħjar minn reġjuni oħra ser jirriflettu fis-saħħa tas-saħħa tal-munita Amerikana.

Id-Dollaru Kanadiż tilef kontra dak Amerikan illum minħabba ż–żieda fid-Dollaru Amerikan u meta t-taħditiet biex ikun aġġornat il-ftehim kummerċjali NAFTA daħlu f’ġimgħa deċiżiva.

Ministri mill-Kanada, l-Istati Uniti u l-Messiku ser jiltaqgħu f’Washington biex jiddiskutu dan il-ftehim u ser jippruvaw isolvu n-nuqqas ta’ ftehim f’oqsma ewlenin qabel l-elezzjonijiet fil-Messiku u fl-Istati Uniti jkomplu jikkomplikaw il-proċess.

Id-Dow Jones u l-FTSE 100 żdiedu bi kważi 1%. L-ishma Ewropej kienu sostnuti minn aġġornamenti tajbin għar-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji u żidiet fl-ishma tan-Nestle, wara li dil-kumpanija kbira Svizzera laħqet ftehim ta’ sħubija mal-kumpanija Starbucks. Kien hemm tnaqqis ta’ 13% fl-ishma tal-Air France wara inkwiet fil-maniġment u dgħufija fil-banek wkoll ħalliet effett ħażin. Minkejja dan, l-indiċi STOXX 600 żdied b’0.1% waqt li s-swieq fir-Renju Unit kienu magħluqa minħabba btala pubblika u b’hekk naqset l-attività. L-indiċi  tal-Borża ta Malta mar kontra x-xejra.

L-ishma aktar kienu f’territorju negattiv milli pożittiv. Il-Bank of Valletta żdiedu b’0.58% waqt li kien telf ta’ aktar minn 3% fil-Global Capital u fl-RS2 Software u 4.5% fil-Mederv.

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Premier Capital żdiedu b’1/26% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.73% fil-Mediterranean Investment Holdings. Iż-żidiet f’bonds oħra kienu aktar modesti.

Il-prezz tad-deheb waqa’ u tilef tliet ijiem ta’ żieda hekk kif issaħħaħ id-Dollaru waqt li l-istatistika dgħajfa dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti tal-ġimgħa li għaddiet ftit li xejn naqqset l-ottimiżmu dwar l-akbar ekonomija fid-dinja. Dan ħalla lill-investituri ċerti li l-Federwl Reserve ser iżied ir-rati tal-interessi din is-sena. Rati ogħla tipikament jolqtu l-prezz tad-deheb, għax jikber l-opportunity cost li wieħed iżomm assi li ma jirrendux dħul bħal ma huwa d-deheb.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Aktar