Il-prezz tad-deheb jerġa’ jiġi stabbli

L-aħbar ewlenija ta’ dil-ġimgħa kienet il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew ilbieraħ. Il-Kunsill Governattiv żamm bla bidla r-rati tal-interessi u wera sentiment aggressiv billi qal li r-rati tal-interessi ser jibqgħu “fil-livell preżenti jew aktar baxxi tal-anqas sa nofs l-2020.” Il-Bank ikkonferma wkoll ir-ri-investiment sħiħ tal-pagamenti prinċipali minn sigurtajiet li qed jimmaturaw mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ assi.

Notevolment, mal-istqarrija tal-Bank tal-bieraħ ġew miżjuda żewġ paragrafi li fihom il-Bank tenna mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jaġixxi jekk l-inflazzjoni f’termini medju tkompli tkun inqas mill-mira tiegħu. Din hija l-ewwel darba li espiċitament issemmiet l-inflazzjoni bħala xprun għal bidliet fil-politika monetarja u issemmiet wkoll mill-President Mario Draghi meta rrefera għal projezzjonijiet dwar l-inflazzjoni eżistenti tal-Bank. Il-Bank Ċentrali Ewropew jantiċipa li l-inflazzjoni ser tkun f’medja ta’ 1.6% fl-2021, li Draghi qal li din hija xi ħaġa “li ma jridux.”

Il-mira tal-inflazzjoni hija ta’ min isemmi, għax ma kien hemm ebda referenza lejn “qrib ta’, iżda anqas minn, 2% f’termini medju” fid-deċiżjoni dwar il-politika monetarja. Draghi ma tax importanza lejn dan id-dettal, iżda dan iqajjem il-kwistjoni dwar jekk il-Bank Ċentrali Ewropew jistax ikun li qed jikkunsidra mira aktar sempliċi, aktar ċara u aktar trasparenti ta’ “madwar 2% fi żmien sentejn.”

Forsi l-messaġġ ta’ Draghi kien li jtenni l-appell tiegħu sabiex il-politika fiskali tintuża aktar f’ċerti pajjiżi u fiż-żona tal-ewro sabiex tiżdied l-effettività tal-politika monetarja. Ix-xogħol ewlieni ta’ Christine Lagard’, li ser tieħu post Draghi wara l-laqgħa ta’ Settembru, tidher li ser tkun li tikkonvinċi lill-politiċi dwar din it-triq.

Kien hemm volatilità sostanzjali fl-ewro madwar il-laqgħa tal-Bank, bir-rata tal-ewro mad-dollaru għal bidu tilħaq livelli baxxi ġodda ta’ $1.1100 segwita b’irkupru qawwi lejn id-$1.1187 u eventwalment issettilja b’$1.1150. L-irkupru kien mgħejun mill-indikazzjoni ta’ Draghi li r-riskju ta’riċessjoni kien għad pjuttost baxx.

Id-dollaru Amerikan riesaq lejn l-aħjar ġimgħa fl-aħħar xahrejn hekk kif l-investituri qed inaqqsu t-tamiet tagħhom dwar id-daqs mistenni fil-qtugħ tar-rati tal-interessi mill-Federal Reserve qabel ma toħroġ l-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku fl-Istati Uniti.

L-ishma Ewropew ilbieraħ laħqu l-quċċata wara l-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew minħabba li l-prospett ta’ interessi aktar baxxi għal żmien itwal kabbar l-ottimiżmu għall-ishma. Madankollu t-teħid ta’ profitt beda wara u l-indiċi Eurostoxx 50 tilef iż-żidiet li għamel matul il-jum u spiċċa l-jum f’livell inqas, u probabilment qabad xi investiture inqas b’esperjenza.

Il-prezz tad-deheb kien aktar stabbli din il-ġimgħa wara li kien waqa’ minn qrib l-$1,450 dollaru kull uqija nhar il-Ġimgħa u kien f’firxa bejn l-$1,430 u l-$1,412. Dalgħodu l-prezz kien ta’ $1,420.

Iż-żejt mhux raffinat kien qed jiġi nnegozjat bl-ogħla prezz ta’$57.50 u l-inqas ta’ $55.33. Fin-nofs ta’ dalgħodu kien qed jinxtara b’$56.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar