Barranin
Il-prezz tad-deheb jibqa’ relattivament kalm

Muniti

L-ewro qiegħed jiġi nnegozjat bl-inqas rati tal-jum ta’ madwar $1.1924, hekk kif iż-żieda fid-dħul mill-bonds Amerikani qed isaħħu lid-dollaru. Issa l-attenzjoni hija fuq id-diskors li ser jagħmel il-President Biden.

L-ewro kien aktar dgħajjef kontra l-maġġoranza tal-muniti ewlenin, bl-unika eċċezzjoni kien id-dollaru Awstraljan, bl-ewro javvanza b’0.16%. L-isterlina żammet ma’ żidiet modesti ‘l fuq minn $1.3900, kważi bla żieda.

Il-par dollar-yen għalaq f’territorju pożittiv għar-raba’ darba infila l-ġimgħa li għaddiet iżda jidher li m’hemmx ħerqa għax-xiri. Id-dollaru kellu żieda ta’0.15% mal-yen.

Indiċi

L-indiċi Ġappuniżi kellu l-akbar żieda llum ta’ kważi 1%. L-Ewropa kienet pożittiva waqt li l-Istati Uniti u r-Renju Unit kienu xi ftit negattivi sa wara nofsinhar. Minkejja negozju xi ftit negattiv, l-ishma fl-Istati Uniti kienu qed jiġu nnegozjati qrib l-ogħla prezz ta’ kull żmien. L-indiċi lokali tilef modestament, bidla ta’ 0.16%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, kien hemm żewġ ishma f’territorju pożittiv u ħames negattivi. Il-Lifgestar u l-RS2 Software kellhom żieda ta’ 1.19% u 0.56% rispettivament. It-Trident Estate tilfu l-inqas, 0.68% bil-Malta Properties Company jitilfu kważi 5%. Il-Bank of Valletta, il-MIDI u l-Malita Investments tilfu bejn il-1% u t-3%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2023 u l-MIDI 2026 kellhom xi żidiet illum b’aktar minn 5% u kważi 3% rispettivament. L-SD Finance, ix-Shoreline u l-International Hotel Investments żdiedu bejn il-1% u l-1.5%. F’territorju negattiv kien hemm il-Mercury Projects u l-Istivala Goup bi tnaqqis ta’ madwar 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb baqa’ relattivament kalm wara li għalaq il-ġimgħa li għaddiet f’territorju pożittiv. Il-prezz għal terminu qasir huma ta’ b$1,740 u $1,745. Il-limiti ewlieni ta’ appoġġ huwa ta’ $1,7000.

Il-prezzijiet tal-fidda kienu f’territorju pożittiv fil-bidu tan-negozju fl-Istati Uniti u wera żieda ta’ 1%. Il-prezz tela għal $26 u kien qed jinnegozja ukoll għal $26.20.

Iż-żejt kien negozjat bi tnaqqis ta’1/.5% kemm fil-Brent kif ukoll fil-West Texas Intermediate.