Barranin
Il-prezz tad-deheb jieħu ftit tar-ruħ

Id-Dollaru baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rati fl-aħħar tliet snin wara li kien irkupra fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-istatistika dwar l-inflazzjoni fil-pagi fl-Istati Uniti naqqset milli twarrab ix-xettiċiżmu fost l-investituri dwar il-prospetti għall-ekonomija.

Rapport tajjeb ħafna dwar il-pagi li ħareġ nhar il-Ġimgħa wera li l-pagi qed jikbru bl-akbar pass f’aktar minn tmien snin, u dan wassal għal irkupru fid-dollaru u qajjem il-possibiltà ta’ aktar issikkar monetarju mill-Federal Reserve milli antiċipaw is-swieq.

Waqt li l-ishma llum waqgħu, kien hemm żieda fid-dħul mill-bonds bi tweġiba għat-theddida ta’ issikkar mgħaġġel monetarju, analisti qalu li l-impatt fuq id-dollaru, li qed jitħabat, ma kienx daqstant ċar, hekk kif l-bejgħ ta’ fondi fid-dollaru ma qablux mat-tkabbir f’partijiet oħra, speċjalment fl-Ewropa.

L-Isterlina żammiet qrib l-inqas rata f’ġimgħa hekk kif ġabra ta’ aħbarijiet negattivi dwar il-Brexit fi tmiem il-ġimgħa, ħallew effett ħażin fuq il-munita Ingliża; għalkemm laqgħa tal-Bank of England aktar tard din il-ġimgħa żammet lill-investituri attenti li ma jkunux daqshekk kalmi.

Skont sors fl-uffiċju tal-Prim Ministru Theresa May, ir-Renju Unit warrab l-idea ta’ xi forma ta’ unjoni mal-Unjoni Ewropea wara Brexit. Fost dawn it-tensjonijiet li qed jikbru fl-isfond, negozjaturi Brittaniċi u mill-Unjoni Ewropea din il-ġimgħa ser ikollhom l-ewwel taħditiet formali dwar il-Brexit mill-ftehim temporanju milħuq f’Diċembru li kien żblokka t-taħditiet dwar ir-relazzjoni futura tagħhom.

Id-Dollaru Awstraljan tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn minħabba bejgħ qawwi  globali f’assi riskjużi u bonds hekk kif tħassib dwar żidiet aktar mgħaġġla fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti u ekonomiji żviluppati oħrajn beżżgħu lill-investituri.

Indiċijiet

Fil-ftuħ tan-negozju, l-ishmaEwropej sofrew bejgħ qawwi, u segwew waqgħat kbar fl-Ażja hekk kif l-istennija ta’ aktar inflazzjoni u dħul mill-bonds li qed jiżdied laqtu ħażin lis-swieq tal-ishma. L-iSTOXX 50 tilef 1.13% u riesaq lejn is-sitt jum infila ta’ tnaqqis, waqt li t-Topix tal-Ġappun naqas bi 2.17%. L-indiċi Dow Jones beda bi tnaqqis ta’ 0.7%.

L-indiċi pan-Ewropew laħaq l-inqas livell f’xahrejn fin-negozju bikri u tilef iż-żidiet kollha li kien għamel fl-irkupru qawwi fis-sena l-ġdida. Id-dħul mill-bonds Ġermaniżi laħqu l-ogħla livell hekk kif il-biża’ ta’ inflazzjoni wassal għal bejgħ qawwi fis-swieq tal-bonds. L-indiċi lokali mexxa kontra x-xejra globali u żdied b’0.37%.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Malta International Airport żdiedu bi 2.52%. L-RS2 Software, it-Trident u l-GO kollha żdiedu aktar minn 1%. Il-Bank of Valletta wrew żieda ta’ 0.55%. Fit-territorju negattiv  kien hemm l-International Hotel Investments u t-Tigne Mall li t-tnejn tilfu bejn il-1.5% u t-2%.

Bonds

Il-bonds lokali illum kienu x’aktar negattivi. L-1923 Invesments 2024 żdiedu b’0.86% wara li kien hemm żieda ta’ 0.34% fl-International Hotel Investments 2026. Il-Von der Hayden Group Finance u l-Grand Harbour Marina tilfu 0.35% u 0.48% rispettivament. Il-MIDI tilfu kważi 1.00%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt baqgħu qrib l-inqas livell f’xaħar minħabba li l-produzzjoni li qed tiżdied fl-Istati Uniti u suq fiżiku aktar dgħajjef żiedu mal-pressjoni minn tnaqqis mifrux fil-prezzijiet tal-ishma u tal-prodotti essenzjali.

Il-prezz tad-deheb żdied, u kiseb lura xi ftit mit-telf fl-ikbar tnaqqis f’jum wieħed f’xahrejn hekk kif waqgħa kbira fis-swieq tal-ishma wassal għall-irkupru fil-prezz tal-metall

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Aktar