Il-prezz tad-deheb jieħu spinta

Muniti barranin

L-ewro u d-dollaru llum kien qed jiġu negozjati f’livelli inqas fiż-żona ta’ 1.1850 hekk kif bdew imilu għad-domanda tad-dollaru.

Is-suq illum kien kemmxejn imħallat hekk kif l-investituri tħabtu mal-katalist li jmiss li jista’ jkun it-tħabbir tal-politika monetarja ġdida tal-Bank Ċentrali Ewropew nhar il-Ħamis.

Qabel dan l-avveniment, il-kalendarju makroekonomiku tal-Istati Uniti se jibqa’ kemmxejn battal hekk kif l-investituri se jkunu qed jaħsbu wkoll dwar ir-rapport Nonfarm Payrolls li mistenni joħroġ nhar il-Ġimgħa.

Sadanittant, id-dejta Ewropea kienet għal darb’oħra mħallta. Il-Ġermanja ppubblikat l-Istħarriġ ZEW ta’ Settembru li wera li s-sentiment ekonomiku fil-pajjiż ċkien għal 26.5 filwaqt li għall-UE kien ta’ 31.1. Iż-żewġ figuri ma laħqux l-aspettattivi tas-suq.

Min-naħa l-oħra, il-Prodott Gross Domestiku tal-UE kien rivedut ’il fuq għal 2.2% minn 2% lil hinn minn dak li kien mistenni.

Indiċi

L-indiċi llum kienu fil-biċċa l-kbira negattivi bid-Dow Jones u d-Dax b’telf simili ta’ ftit aktar minn nofs punt perċentwali.

Londra u Pariġi wkoll kienu negattivi llum iżda t-telf kien inqas minn dak tal-Istati Uniti u l-Ġermanja.

L-indiċi Ġappuniż baqa’ determinat li jagħlaq f’livell ogħla.

L-indiċi lokali llum tilef nofs punt perċentwali.

Ishma

Żewġ ishma llum kellhom moviment ‘il fuq filwaqt li tnejn oħra tilfu mill-valur tagħhom.

HSBC ra l-akbar qligħ bi kważi 4% aktar. L-ishma ta’ Go telgħu ftit aktar minn nofs punt perċentwali.

Min-naħa l-oħra BOV niżlu ftit aktar minn nofs punt perċentwali u l-ishma ta’ IHI tilfu aktar minn 7%.

Bonds

Kien hemm ħafna aktar bonds fil-pożittiv illum minn dawk li raw telf.

BOV raw l-ikbar qligħ ta’ 2.64%. Il-bonds ta’ Ven der Heyden għalqu kważi żewġ punti perċentwali ogħla. IHI u Tum Finance żdiedu b’wieħed fil-mija.

Fuq in-naħa l-oħra, il-bonds ta’ IHI li jimmaturaw fl-2026 tilfu 1%, Pendergardens tilfu 1.5% u Medserve niżlu bi kważi 5%.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet tad-deheb kellhom qligħ ġdid iżda xorta għadhom taħt pressjoni fil-livelli ta’ $1,830-$1,835.

Ċaqliq fid-Dollaru għen biex id-deheb jieħu spinta ‘l fuq minkejja l-profitti tat-Teżor tal-Istati Uniti.

Fil-fatt it-Teżor kien ogħla b’1.33% bi qligħ ta’ aktar minn 1% gains u dan kellu effett ukoll fuq il-prezzijiet tad-deheb.

Iktar ma jkun għoli l-profitt tat-Teżor iktar ibati d-deheb.

Dan it-tagħrif finanzjarju kien miġbur minn BNF Bank.