Il-prezz tad-deheb jilħaq l-ogħla prezz f’sitt snin

L-investituri ħadu pawsa fil-bejgħ qawwi tal-Isterlina illum, iżda l-munita baqgħet imwaħħla qrib l-inqas rata mill-2017, u analisti qed ibassru aktar volatilità. Boris Johnson, li ġimagħtejn ilu sar Prim Ministru, qal li huwa ser joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur hekk kif mela l-kabinett b’membri predominanti kontra l-UE. L-Isterlina kien aktar baxxa f’$1.2151 mhux bogħod mill-inqas rata ta’ 31 xahar ta’ $1.2080 li kellha fil-bidu tax-xahar.

L-ewro tbaxxa kontra d-dollaru għal $1.1185, minħabba statistika fqira dwar il-produzzjoni industrijali fil-Ġermanja.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa żdiedu llum wara tliet ijiem ta’ telf, hekk kif attività ta’ ftehim ta’ negozju fis-settur tal-kimika Ġermaniż għenet tnaqqas it-telf mill-kumpaniji ewlenin tal-minjiera fuq il-borża ta’ Londra, bit-tħassib għadu għaddej dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi llum hekk kif l-investituri sabu kenn fid-deheb u l-bonds tal-gvern minħabba t-tħassib dwar l-effett tat-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-Dow Jones tilef 0.83% u l-S&P 0.80%.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valleta tilfu 1.83%; l-HSBC Bank Malta b’0.65%. Il-Malta Investments ma kellhom ebda ċaqliq.

Il-Malta International Airport kellhom l-akbar żieda ta’ 3.33%, il-Malta Properties Company kellhom l-akbar telf ta’ 4.32%. Il-MIDI avvanzaw 2.14% waqt li l-PG ma kellhom ebda bidla.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Best Deal Properties Holdings 2024 żdiedu 0.98%, il-Hudson Malta 2025 tilfu 0.38%, il-Corinthia Finance 2026 żdiedu b’0.48%; il-Premier Capital 2026 tilfu 0.99%; il-Mercury Projects Finance 2027 żdiedu 0.28%; l-SD Finance 2027 avvanzaw 1.46% u l-Phoenicia Finance Company żdiedu b’0.39%.

Il-prezzijiet taż-żejt komplew jitbaxxew llum u estendew it-telf qawwi minħabba it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li qed tolqot il-prospetti għall-ekonomija globali u d-domanda għall-emnerġija.

Il-Brent tbaxxa bi 2.44% għal $57.47, l-inqas f’seba xhur. Il-prezzijeit tilfu aktar minn 20% mill-ogħla prezz għal din is-sena milħuq f’April.

Il-United States West Texas Intermediate tilef 2.67% għal %2.13.

Il-brent tilef aktar minn 10% din il-ġimgħa wara li l-President Trump qal li ser jimponi tariffi fuq $300 biljun oħra ta prodotti Ċiniżi mill-1 ta Settembru li kkawża waqgħu fil-boroż finanzjarji.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla prezz f’sitt snin qrib l-$1,500 hekk kif l-investituri komplew jinvestu fid-deheb fl-isfond tat-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Id-dollaru miexi lejn l-akbar telf f’ħames ġimgħat kontra r-rivali tiegħu hekk kif il-prospetti ta’ ftehim kummerċjali parzjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kebbes il-ħeġġa għal muniti li jiffavorixxu l-kummerċ bħall-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt…

Aktar