Il-prezz tad-deheb jinżel, dak tal-fidda jiżdied

Muniti

Il-par ewro mad-dollaru qed jilgħab bejn telf u żidiet fil-livell familjarji tiegħu. Il-ġimgħa bdiet bil-mod bl-ebda data ippubblikat fl-Asja biex tqajjem l-interess.

Il-kalendarju makro-ekonomiku tal-Ewropew ukoll ftit għandu avvenimenti għax jinkludi biss diskors minn żewġ kelliema tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Fl-Istati Uniti xi swieq huma magħluqa minħabba l-btala ta Columbus Day għalkemm Wall Street ħadmet normali.

Sadanittant l-ishma Ewropej kienu negozjati bi ftit moviment u dan ħalla effett kuntrarju fuq il-prezz futur ta ishma fl-Istati Uniti.

L-ekonomista ewlieni tal-Bank Ċentrali Ewropew, Philip Lane, qal li l-kalibrazzjoni tal-volum ta’ xiri ta’ assi għandha rwol important fl-iżgurar li l-politika monetarja hija laxka bizzejjed sabiex tintlaħaq il-kisba fil-ħin tal-mira f’terminu medju ta’ 2%.

Huwa nnota wkoll li ċaqliqa waħda fil-livell tal-pagi bħala parti ta’ żieda tranżitorja mhux mistennija fil-livell tal-prezzijiet ma timplikax bidla fix-xejra fl-inflazzjoni.

L-agħar munita kontra l-ewro kien il-Yen Ġappuniż waqt li l-munita unika kienert l-aktar dgħajfa kontra d-dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-indiċijiet gloabli kienu mħalta b’Wall Street u l-FTSE 100 kienu qed jinnegozjaw bi kwart jew terz ta’ punt perċentwali ogħla.

Movimenti simili iżda ‘l isfel kienu f’Pariġi u Frankfurt. Il-Ġappun kellu żieda ta’ 1.77%. L-indiċi lokali tilef bi ftit.

Ishma

In-negozju fl-ishma lokali llum ma kienx qawwi bil-Bank of Valletta jiżdiedu 0.57%.

It-tnejn l-oħra, il-PG u Simonds Farsons Cisk kienu f’territorju negattiv u tilfu 0.79% u 1% rispettivament.

Bonds

Il-bonds llum kienu bilanċjati.

Il-Mediterranean Maritime Hub Finance kellhom żieda ta’ kważi 2%, segwiti mill-International Hotel INvesdtments b’1.47% u l-MIDI b’0.97%.

F’territorju negattiv kien hemm l-Istivala b’0.48% u l-Phoenicia b’0.50%. Il-Merkanti u t-Together Gaming tilfu qrib it-2%.

Prodotti essenzjali

Iż-żejt Brent illum żdied bi 2% bil-West Texas Intermediate jiżdied xi ftit aktar biex estendew iż-żidiet tal-aħħar ġimgħat. Id-deheb tilef waqt li l-fidda żdied b’0.2% għal $22.73.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.