BarraninLokali

Il-prezz tad-deheb jissaħħaħ fl-isfond tat-tensjoni mill-Korea ta’ Fuq

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro llum ġie nnegozjat f’firxa dejqa għax it-tensjonijiet ġeopolitiċi li għaddejjin qed ibeżżgħu lill-investituri qabel ma jiddeċiedu qabel laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew din il-ġimgħa meta d-diretturi mistennija juru xi tħassib dwar is-saħħa tal-munita unika.

L-isterlina li qed tbati kienet ftit ogħla minn $1.29 illum, bi statistika dgħajfa aktar milli mistennija dwar l-industrija dominanti tas-servizzi kompliet iżżid mal-bqija ta’ statistika batuta li rat lill-isterlina titlef kważi 3% kontra d-dollaru matul ix-xahar li għadda.

Indiċijiet

Fil-ftuħ tan-negozju, id-Dow Jones fetaħ 0.43% inqas minħabba t-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq. L-indiċijiet l-oħra kollha tilfu fil-valur illum., bl-eċċezzjoni tad=DAX tal-Ġermanja li żdied b’0.47%.

Ishma Lokali

Ftit kien hemm movimenti fil-borża ta’ Malta bl-ishma ta Simonds Farsons Cisk jżidu 3.11%.

Bonds lokali

Il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 u s-Central Business Centres 2021 illum kellhom żieda ta’ 2.43% u 2.41% rispettivament. Il-Bank of Valletta 2030 u l-Mediterranean Investments Holdings 2022 tilfu 0.51% u 1.10% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

L-attività kummerċjali fiż-żona tal-ewro baqgħet robusta matul Awwissu u żdiedu l-pressjonijiet mill-prezzijiet skond stħarriġ li ssuġġerixxa li l-momentum ikompi dan ix-xahar, u dan mistenni jġib aħbarijiet tajba lil dawk li jfasslu l-politika.

Il-bejgħ bl-imnut naqas minn 3.3% għal 2.6%. L-indiċi dwar is-settur tas-servizzi tasż-żona tal-ewro tbaxxa għal-livell ta’ 54.7, l-inqas f’seba’ xhur, imma xorta baqa’ wieħed mir-rati ta’ tkabbir l-aktar tajbin f’aktar minn sitt snin.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt fl-Istati Uniti żdiedu llum u l-prezz tal-petrol waqa’ mill-ġdid mal-bidu tax-xogħol tar-raffineriji fil-Golf tal-Messiku wara l–urugan u dan qajjem domanda għaż-żejt mhux maħdum u naqqas il-biża’ ta’ tnaqqis fil-provvista. Il-prezz tad-deheb tbaxxa llum hekk kif l-investituri ħadu l-profitti wara ż-żieda fis-sessjoni ta’ qabel għall-ogħla prezz f’sena, għalkemm il-prezzijiet għadhom imsaħħa mid-domanda għal assi siguri minħabba t-tensjoni dwar il-Korea ta’ Fuq.

Share this Story[social_share/]