X

Il-prezz tad-deheb jitbaxxa b’0.62%

Muniti

Id-Dollaru estenda ż-żidiet hekk kif it-tħassib dwar il-possibbiltà li tikber it-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri li jbiegħu l-muniti tas-swieq emerġenti.

Il-perjodu għall-kummenti mill-pubbliku dwar il-proposta Amerikana għal tariffi ġodda kontra prodotti Ċiniżi ser jagħlaq nhar il-Ħamis. Wara l-President Trump jista’ jwettaq il-pjani tiegħu li jimponi b’$200 Biljun ta’ tariffi oħrajn fuq prodotti Ċiniżi, għalkemm mhux ċar kemm dan ser iseħħ malajr.

Il-muniti ewlenin kienu fil-bejgħ qawwi fis-swieq emerġenti bil-munita titlef nofs perċentwal għal $1.1565. L-Ewro tilef 0.22% kontra l-Isterlina; 0.11% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.29% kontra l-Yen. Iżda żdied b’0.14% kontra d-Dollaru Kanadiż u b’0.03% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew, u tilfu l-ftuħ pożittiv tagħhom hekk kif l-investituri baqgħu kawti minħabba t-tħassib dwar il-possibbiltà ta’ tariffi ġodda Amerikani kontra ċ-Ċina.

Il-FTSE 100 tilef 0.51%, l-iSTOXX 50 1.34%; id-DAX 1.29% u l-CAC 40 tilef 1.54%.

Id-Dow Jones illum fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.55%. L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta wera żieda ta’ 0.149%.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta l-ishma tal-Malta Properties Company, Simonds Farsons Cisk, Malta International Airport u GO żdiedu b’aktar minn 1.00% bil-Malta Properties Company turi l-akbar żieda ta’ 2.04%.

Sadattant il-Bank of Valletta tilfu 1.50% u l-International Hotel Investments tilfu 0.62%.

Bonds

Kien hemm żieda ta’ aktar minn 0.10% fil-prezz tal-bonds tal-MIDI 2026, Grand Harbour Marina 2027,  Virtu Finance 2027 u Hili Finance Company 2028 bil-MIDI juru l-akbar żieda ta’ 1.96%.

AX Investments 2024, Hili Properties 2025 u GlobalCapital  2021 tilfu b’0.09%, 0.10% u 1.89% rispettivament.

Il-prezzijiet taż-żejt kellhom żieda qawwija wara l-evakwazzjoni ta’ żewġ pjattaformi taż-żejt fil-Golf tal-Messiku bi tħejjija għal wasla ta’ urugan.

Il-Brent wera żieda ta’ 1.63% għal $79.27 kull barmil meta ftit qabel tela’ għal $79.72, l-ogħla minn Mejju. Sadattant il-U.S. Light crude żdied b’1.86% għal $71.10.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.62% għal $1,194.46 kull uqija bil-fidda turi wkoll tnaqqis ta’ 2.53% għal $14.19 kull uqija.

rg :