Il-prezz tad-deheb jitbaxxa, jkompli jogħla dak taż-żejt

Muniti

Falla l-attentat biex l-ewro jilħaq id-$1.1835 li kien ipprova sostenn fil-bidu ta’ Settembru u imbagħad illimita r-rata kmieni din il-ġimgħa.

Il-prezzijiet tal-importazzjoni fl-Istati Uniti tbaxxew b’0.3% matul Awwissu, ferm inqas minn żieda tal-istess skala li kienet mistennija.

Din il-pubblikazzjoni tkompli żżid mal-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur għax-xahar li għadda li wera tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet.

Inflazzjoni iktar baxxa tfisser li l-Federal Reserve jista’ jistenna qabel inaqqas l-iskema tax-xiri ta’ bonds u fl-istess ħin jista’ ma jżidx ir-rati tal-interessi. Dan ikun negattiv għad-dollaru.

Fattur ieħor li jista’ jolqot ħażin lill-munita Amerikana huwa ż-żieda sorprendenti fin-New York Federal Manufaturing Index.

L-ewro qed jinżamm lura mill-approċċ kalm tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-inflazzjoni.

Il-membru Ġermaniża Isaabel Schnabel qalet li qed tittama li jkun hemm sinjali ċari li l-inflazzjoni riesqa lejn it-2%.

L-inflazzjoni laħqet l-4% f’Awwissu iżda l-membri tal-bank iqisuha bħala tranżitorja bħal ma jaħsbuha l-moderati fil-Federal Reserve.

Wara nofsinhar l-ewro żdied kontra d-dollaru u tbaxxa kontra l-muniti ewlenin l-oħra.

Indiċi

L-indiċijiet Topix u CAC 40 kellhom l-akbar direzzjoni llum li wassal għal tnaqqis fil-maġġoranza tal-indiċijiet.

Id-Dow Jones u l-FTSE 100 kellhom jum pożittiv iżda ż-żidiet kienu baxxi. L-indiċi lokali tilef 0.29%.

Ishma

Fl-ishma lokali, dawk pożittivi u dawk negattivi kienu bilanċjati fin-numru iżda mhux fil-kobor tal-bidla.

Iż-żieda ma kenitx qawwija daqs it-tnaqqis.

Il-Malta Properties Cpmpany żdiedu 3.64% waqt li dawk tal-GO avvanzaw 1.2%.

It-tnaqqis kien akbar bil-Bank of Valletta jitilfu 2.22% waqt li l-Lombard Bank tilfu 6.7%.

Bonds

Il-bonds kienu aktar pożittivi.

Il- Plaza Centres żdiedu bi 2.5% u l-Hili Finance 2029 avvanzaw 1.40%.

Tliet bonds żdiedu bi kważi 1% li kienu l- Mercury Projects, l-International Hotel Investments u t-Tum finance.

Ix-Shoreline tilfu nofs punt perċentwali waqt li t-Tumas Investmens 2027 tilfu ftit aktar minn 1%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz tad-deheb tbaxxa fin-negozju fl-Amerika ta’ Fuq lejn l-$1,806 u l-$1,807 u kompla jitlef wara nofsinhar.

Id-deheb b’hekk tilef parti miż-żieda fil-jum ta’ qabel għall-ogħla livell f’ġimgħa u l-aħħar li kien qed jiġi negozjat kien għal $1,800.

Iż-żejt żdied b’aktar minn 3%.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.

Aħbarijiet Oħra
Aktar