Barranin
Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla livell f’ġimagħtejn

Muniti

Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien il-kriżi 10 snin wara l-kriżi ekonomika taż-żona tal-ewro. Wara li ta sinjal li dan ma jfissirx issikkar rapidu tal-politika monetarja fix-xhur li ġejjin, il-bank qal ukoll li r-rati tal-interessi ser jibqgħu f’livelli baxxi rekord tal-anqas matul is-Sajf tal-2019. Dan jissuġġerixxi appoġġ lill-ekonomija, anke jekk f’livell aktar baxx. L-ewro tilef 0.22% kontra l-Frank Żvizzeru u aktar min-nofs punt perċentwali kontra d-Dollaru Kanadiż u l-Yen.

L-Isterlina telgħet għall-ogħla rata f’ħamest ijiem wara li statistika dwar il-bejgħ bl-imnut f’Mejju fir-Renju Unit kienet aħjar minn dik mistennija, turija li l-ekonomija Ingliża tista’ tkun qed tirkupra minn livell baxx fil-bidu ta’ din is-sena. Il-bejgħ bl-imnut żdied matul Mejju, għat-tieni xahar infila, ferm aktar mill-istennija hekk kif it-tieġ irjali u temp sabiħ għen lix-xerrejja biex jiftħu jdejhom. L-Ewro naqas b’0.48% kontra l-Isterlina għal €0.8772.

Indiċi

Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 kienu kollha f’territorju pożittiv bil-CAC 40 juri żieda ta’ 0.65%. Il-FTSE żdied b’0.13%, l-iSTOXX b’0.38% u d-DAX b’0.37%.

Id-Dow Jones tbaxxa b’0.47% fil-ftuħ tan-negozju.

L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.17%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma, l-RS2 Software, Simonds Farsons Cisk, Lombard Bank Malta u Trident Estates kienu fost dawk li żdiedu fil-prezz bit-Trident Estates juri żieda ta’ aktar minn 0.50%.

Il-Malta Properties Company, il-Malita Investments u l-PG kollha tilfu b’aktar minn 1% bil-PG jitbaxxa bi 3.10% għal €.125.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje), il-Virtu Finance 2027, l-International Hotel Investments 2024 u l-Medserv 2020/23 żdiedu b’aktar minn 0.20%.

AX Investments, Pendergardens Developments 2022 u l-Hili Properties 2025 tbaxxew bl-aktar minn 1%.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla livell f’ġimagħtejn hekk kif tbaxxa d-Dollaru u l-investituri kkunsidraw statistika dgħajfa miċ-Ċina u l-kwistjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm iż-żieda fil-prezz kienet limitata mid-deċiżjoni tal-Federal Reserve. Il-fidda kellu żieda ta’ 0.87%.

Il-prezzijiet taż-żejt issodaw, iżda xorta kellhom pressjoni minn evidenza li qed tikber il-produzzjoni mill-Istati Uniti u inċertezza dwar il-prospetti għall-provvista qabel laqgħa l-ġimgħa d-dieħla tal-akbar esportaturi taad-dinja. Il-Brent żdied b’0.27% għal $76.73 waqt li l-US light crude tela’ għal $67.02.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Aktar