Barranin
Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla prezz f’aktar minn 3 ġimgħat

Id-dollaru tbaxxa xi ftit mill-ogħla rata fi tliet ġimgħat iżda riesaq lejn żieda modesta għal din il-ġimgħa minħabba li t-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u tħassib dwar mewġa oħra ta’ infezzjonijiet inkwetaw lill-investituri.

L-ewro wkoll tbaxxa għall-inqas rata fi kważi ħames snin k0ntra l-Frank Żvizzeru għal 1.0502 Frank hekk kif il-kriżi tefgħet aktar pressjonijeit fuq il-munita unika. Kontra d-dollaru din il-ġimgħa laħaq id-$1.0896 biex imbagħad tbaxxa għal $1.0774, l-inqas għal din il-ġimgħa.

L-ewro dalgħodu kien qed jiġi nnegozjat għal ftit anqas minn $1.08. L-Isterlina baqgħet taħt pressjoni f’$1.2212 wara li matul il-lejl laħqet l-inqas rata f’ħames ġimgħat ta’ $1.21661 wara li l-Gvern Ingliż tenna r-rifjut tiegħu li ma jestendix l-
perjodu ta’ transizzjoni ta’ Brexit lil ħinn minn Diċembru li ġej.

L-ishma fl-Asja żdiedu llum iżda resqin li tnaqqis f’ġimgħa hekk kif ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li qed jeħżienu żiedu mal-inċertezzi dwar kemm l-ekonomiji jistgħu jiripiljaw malajr mill-lockdowns. Tħassib dwar konfrontazzjonijiet bejn iż-żewġ l-akbar ekonomiji għeleb lill-istatistika ekonomika Ċiniża li wriet li l-ekonomija qed tirpilja bil-mod mix-xokk tal-imxija tal-Coronavirus.

Biċ-Ċina l-ewwel li llaxkat il-miżuri, l-investituri globali qegħdin attenti għal ħjiel dwar kemm ser tieħu żmien biex tirpilja d-domanda, hekk kif pajjiżi oħra wkoll bdew inaqqsu l-miżuri tagħhom.

Is-swieq Ewropej illum fetħu ogħla hekk kif l–investituri qed isegwu l-istatistika ekonomika u l-isforzi għall-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomiji. L-iSTOXX 600 żdied b’1.5% fil-bidu tan-negozju, bir-riżorsi bażiċi jirpiljaw bi 3% biex kienu fuq quddiemnett, hekk kif is-setturi kollha u l-boroż ewlenin daħlu f’territorju pożittiv.

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu b’aktar minn 3%, u laħqu l-ogħla prezz f’aktar minn xahar fost sinjali li d-domanda għaż-żejt mhux raffinat qed tiżdied biċ-Ċina tirrapporta żieda fl-attività tar-raffineriji. Il-ġimgħa ser tagħlaq b’sentimenti tajjeb dwar il-provvisti.

Il-Brent wera żieda ta’ $1.21 cent jew 3.9% għal $32.34 kull barmil wara li kien laħaq it-$32.44. Il-Brent ilbieraħ żdied b’7% u riesaq lejn żieda ta’ 3% għall-ġimgħa wara ż-żieda tal-ġimgħa preċedenti.

Il-West Texas Intermediate żdied 92 cent jew 3.3% għal $28.48 kull barmil wara li kien laħaq it-$28.54, l-ogħla minn kmieni April. Il-West Texas Intermediate żdied b’9% fis-sessjoni preċedenti u riesaq lejn it-tielet ġimgħa ta’żieda, b’avvanz ta’ madwar 15%.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla prezz f’aktar minn tliet ġimgħat hekk kif ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ħżienu u l-investituri qed jinkwetaw li l-ekonomija ser tieħu aktar żmien milli kien maħsub biex tirkupra mill-waqgħa qawwija minħabba l-coronavirus.

Id-deheb avvanza madwar 2% sa issa din il-ġimgħa, mgħejjun minn sinjali ta’ dgħufija ekonomika fit-tul u hekk kif żdiedu sewwa t-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar