Barranin
Il-prezz tad-deheb riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’sentejn u nofs

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti minn ftehim preliminari mhux finalizzat biex itemmu l-gwerra kummerċjali bejniethom.

Dan intqal minn uffiċjali miż-żewġ naħat ilbieraħ. Is-sentiment mistenni li jibqa’ tajjeb għad-dollaru, l-ishma u assi riskjużi oħra għax tnaqqis fil-gwerra kummerċjali tneħħi riskju kbir għall-prospetti ekonomiċi globali.

L-isterlina kienet qed tiġi nnegozjata qrib l-inqas rata f’ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tal-bieraħ mill-Bank of England li żamm ir-rata tal-interessi f’0.75%. L-investituri kienu qed jistennew li d-deċiżjoni tkun unanima, iżda tnejn mid-disa’ membri vvutaw favur tnaqqis minħabba l-inċertezzi dwar il-Brexit, u oħrajn, inkluż il-Gvernatur tal-Bank, Mark Carney, qalu li huma jikkunsidraw tnaqqis fil-futur. Bħala riżultat, jidher li hemm 80% ċans li jkun hemm tnaqqis fir-rati s-sena d-dieħla.

L-ishma Ewropej fetħu aktar baxxi llum, b’hekk waqqfu perjodu tajjeb ta’ ġimgħa wara sinjali mħallta dwar iċ-Ċina u l-Istati Uniti u li ħallew lill-investituri inċerti dwar jekk iż-żewġ naħat kienux verament qrib li jilħqu ftehim.

L-iSTOXX 600 tilef 0.4% dalgħodu iżda xorta riesaq lejn il-ħames ġimgħa infila pożittiva.

Kumpaniji tal-minjieri milquta minn tariffi u l-aktar esposti għall-kunflitt kummerċjali u l-implikazzjoniet tiegħu għat-tkabbir globali, kienu fuq quddiem tat-telf b’1.3%.  Ishma tat-telekomunikazzjoni u l-enerġija u l-ilma kellhom żidiet żgħar.

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt mhux raffinat tbaxxew illum minħabba l-inċertezza li għaddejja dwar jekk, u meta, l-Istati Uniti u ċ-Ċina jilħqux ftehim tant mistenni biex itemmu t-tilwima kummerċjali ħarxa bejniethom, u s-sitwazzjoni kerha biż-żieda tal-ħażniet li qed jikbru ta’ żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti.

Il-Brent, li huwa l-punt ta’ referenza, tilef 44 cents, jew 0.7% għal $%61.85 kmieni dalgħodu wara li kien żdied b’0.9% fis-sessjoni ta’ qabel. Il-Brent mistenni li jkun żdied 0.4% fuq ġimgħa.

Il-United States West Texas Intermediate tilef 50 cents, jew 0.9% għal $56.65 kull barmil. Huwa kien żdied 1.4% ilbeiraħ u mistenni jkollu żieda ta’0.8% għal din il-ġimgħa.

It-tilwima bejn l-akbar żewġ ekonomiji naqqset ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku madwar id-dinja li wassal lill-analisti sabiex ibaxxu t-tbassir tagħhom dwar id-domanda għaż-żejt, u dan qajjem biża’ li jista’ jkun bosta żejt żejjed is-sena d-dieħla.

Il-prezzijiet tad-deheb resqin lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn u nofs għax l-ottimiżmu dwar ftehim bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kabbar is-sentiment favur ir-riskju, u b’hekk naqqas il-ħajra lejn id-deheb.

L-ishma mondjali rkupraw u l-indiċi tad-dollaru żdied wara li uffiċjali qalu li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu jirtiraw tariffi jekk jintlaħaq ftehim dwar l-ewwel fażi ta’ ftehim bejniethom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro żdiedet għall-ogħla rata kontra d-dollaru fi 11-il jum, mgħejjun minn aspettattivi li l-Istati Uniti u ċ-Ċina dalwaqt jiffirmaw ftehim biex itemmu l-gwerra kummerċjali li ħalliet ħafna ħsara. L-ekonomija…

Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Aktar