Barranin, Lokali
Jitbaxxa d-deheb hekk kif id-dollaru riesaq lejn l-aħjar xahar minn Frar

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru ftit li xejn intlaqat mill-aħbar li l-investigaturi akkużaw lil dak li kien manager tal-kampanja elettorali tal-President Trump, u riesaq lejn l-aħjar xahar minn Frar. L-isterlina żdiedet nofs ċenteżmu kontra d-dollaru wara li n-negozjatur ewlieni dwar Brexit tal-Unjoni Ewropea, Michel Barnier, qal li huwa kien lest li jħaffef in-negozjati mar-Renju Unit dwar il-ħruġ mill-Unjoni.

Indiċi

L-istokks fl-Ewropa żdiedu qabel ma toħroġ l-istatistika dwar t-tkabbir ekonomiku u l-inflazzjoni li jistgħu jipprovdu aktar ħjiel dwar is-saħħa tal-ekonomija tar-reġjun. Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti żdiedu għal-livelli għolja ġodda matul Ottubru, investituri globali żiedu l-ishma Amerikani li għandhom għall-ogħla livelli f’seba’ xhur. Matul dan il-perjodu, il-pjani dwar it-tnaqqis fit-taxxa tal-Istati Uniti għaddew minn ostaklu leġiżlattiv importanti, u dan qajjem tamiet li l-kumpaniji Amerikani jistgħu jiksbu l-benefiċċji. Dan għen sabiex l-ishma jilħqu livelli ġodda matul Ottubru, mgħejjuna wkoll minn rapporti finanzjarji mill-kumpaniji li kienu aħjar milli mistennija u statistika tajba dwar it-tkabbir ekonomiku fl-Istati Uniti matul it-tielet kwart tas-sena.

Ishma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma llum kien imħallat. Il-GlobalCapital u l-Malta International Airport tilfu 0.83% u 0.21% rispettivament waqt li kien hemm żieda ta’ 3.14% fl-RS2 Software.

Bonds lokali

Anke s-suq tal-bonds kien imħallat. Kien hemm tnaqqis ta’ 1.38% fil-Mediterranean Bank 2019; ta’ 0.48% fil-Bank of Valletta 2019 u ta’ 0.47% fil-Mariner Finance 2024. Min-naħa l-oħra Simonds Farsons Cisk 2027, Mediterranean Investments Holdings 2022, Eden Finance 2027 u Stivala Group Finance 2027 żdiedu b’0.48%, 0.54%, 0.88% u 1.99% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

L-ekonomija Kanadiża ċkienet bla mistenni matul Awwissu wara li ma kellha ebda moviment fix-xahar ta’ qabel. F’rapport, Statistics Canada qal li l-Prodott Domestiku Gross ċkien b’0.1% matul Awwissu fuq ix-xahar ta’ qabel, u ma qabilx mat-tbassir ta’ żieda ta’ 0.1% u agħar miċ-cifra bla ebda żieda tax-xahar ta’ qabel. Wara r-rapport, li nħareġ flimkien mal-indiċi tal-prezzijiet tal-materja prima u l-indiċi tal-prezzijiet tal-prodotti industrijali għal Settembru, ir-rata tad-dollaru Amerikan ma dak Kanadiż kienet 1.2898 minn 1.2845 qabel il-ħruġ tad-data.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum tbaxxew illum, għax l-investituri ħadu l-profitti wara l-aħħar żidiet fil-prezz fost ottimiżmu dwar l-ibbilanċjar tas-suq. Iżda ż-żejt Brent kien xi ftit ogħla fi tmiem il-jum. Il-prezz tad-deheb tbaxxa hekk kif id-dollaru riesaq lejn l-aħjar xahar minn Frar qabel il-laqgħat tal-banek ċentrali, l-istatistika dwar il-pagi fl-Istati Uniti u t-tħabbira tal-president il-ġdid tal-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din il-ġimgħa Id-dollaru tbaxxa lejn l-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn, hekk kif fatturi moderati jibbilanċjaw l-appoġġ li l-munita Amerikana…

Barranin

Id-dollaru llum waqa’ sew, u tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen, hekk kif is-sentiment negattiv madwar id-dollaru kien akbar miż-żieda  fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin. Dan…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen għar-raba’ jum infila bl-investituri nervużi qabel ma joħorġu aktar tard iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fost irkupru fraġli fis-swieq finanzjarji. Id-dollaru,…

Barranin

Il-Yen Ġappuniż żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur wara bejgħ qawwi tad-dollaru u spekulazzjoni li l-Bank of Japan dalwaqt jibda jnaqqas il-livell rekord tal-istimulu monetarju. Il-yen żdied b’1.5% kontra d-dollaru dan…

Aktar