Barranin
Il-prezz tad-deheb tbaxxa

Muniti

L-Isterlina żdiedet, iżda dubbji dwar l-abbilità tal-Prim Ministru Boris Johnson li jikkonvinċi lill-Franza li terġa’ tiftaħ in-negozjati dwar il-Brexit kienu mistennija jillimitaw xi żieda oħra. Iż-żieda tal-Isterlina kontra l-ewro kienet kważi 1%, ċaqliqa sinifikanti fis-suq tal-kambju.

L-ewro kien negozjat qrib l-inqas rata fi tliet ġimgħat, għax żieda fit-tkabbir tan-negozju fiż-żona tal-ewro kienet ibbilanċjata minn tnaqqis fil-munita Ċiniża.

Ta’ min jinnota ċ-ċaqliq l-istess iżda f’direzzjoni opposta tal-ewro kontra l-yen u l-frank.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti wrew żieda fil-ftuħ tan-negozju hekk kif il-konferenza annwali tal-banek ċentrali bdiet f’Jackson Hole. Id-Dow Jones żdied b’0.51%, waqt li l-FTSE 100 tilef qrib il-1% hekk kif il-bqija tal-Ewropa kellha negozju b’riżultati mħallta. L-indiċi tal-Ġappun għalaq bla moviment waqt li dak lokali tilef 0.2%.

L-ishma ta Simonds Farsons Cisk kienu fuq quddiem b’żieda ta’ 1.5% waqt li l-Malta Properties Company żdiedu bi tliet kwarti ta’ 1%. F’territorju negattiv kien hemm il-GO bi tnaqqis ta’ 0.44%, waqt li l-RS2 Software u l-MIDI wrew tnaqqis ta’ 1.54% u 3.6% rispettivament.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, kien hemm aktar ottimiżmu bil-Mercury Projects Finance u l-United Finance b’żieda akbar jew qrib il-1%. Kien hemm żieda modesta fis-6pm Holdings u l-Hili Properties it-tnejn żdiedu b’0.5%. Il-Hal Mann Vella Group żdiedu 0.28%.

L-International Hotel Investments 2026 tilfu 0.4% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1% fl-SD Finance.

Il-prezz taż-żejt, żdied wara tnaqqis fl-inventarji taż-żejt mhux raffinat tal-Istati Uniti u tnaqqis mill-OPEC, għalkemm it-tħassib dwar l-ekonomikja globali illimita ż-żidiet.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew hekk kif l-investituri biegħu biex ħadu l-profitti, bl-importanza tintefa’ fuq id-diskors ta’ għada mill-President tal-Federal Reserve Jerome Powell għal ċarezza dwar id-direzzjoni tal-politika monetarja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Aktar