Barranin
Il-prezz tad-deheb tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa

Muniti

L-ewro llum tilef kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin wara li l-attività tan-negozju fi Franza laħqet livell baxx record, bil-munita unika titlef 0.19% għal taħt id-$1.08 għall-ewwel darba f’ġimagħtejn u nofs kontra d-Dollaru Amerikan. L-ewro tilef aktar minn 0.3% kontra l-Isterina u 0.97% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Barra ż-żidiet tiegħu kontra l-ewro, id-dollaru tilef kontra l-muniti tal-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt u tilef iż-żidiet bikrija hekk kif irkupru fil-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat ipprova sokkors lis-swieq imkissra mill-waqgħa fid-domanda minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Indiċi 

Żieda fl-ishma tal-enerġija għenu fl-irkupru tal-ishma fl-Ewropa, waqt li l-investituri qed jistennew aktar stimulu biex titqajjem l-ekonomija taż-żona ewro hekk kif l-lockdowns minħabba l-pandemija waqqfet l-attività matul April.

Il-FTSE 100 illum tbaxxa hekk kif il-kumpanija kbira ta’ prodotti tal-konsumatur Unilever qalet li l-miżuri tal-lockdown laqtu l-bejgħ tagħha fi tliet xhur, u dan ipprovda ton kawt qabel satistiki dgħajfa dwar l-attività kummerċajli. Madankollu, l-indiċi Ingliż irnexxielu jirkupra xi telf waranofsinhar u kien qed jinnegozja f’territorju pożittiv b’aktar minn 0.20%.

Il-prezzijiet bil-quddiem fuq id-Dow Jones kienu qed jimmarka ftuħ ogħla wara li l-gvern qal li aktar minn 4.4 miljun Amerikan applikaw għall-benefiċċju tal-qgħad il-ġimgħa li għaddiet.

F’ħames ġimgħat biss, l-ekonomija tilfet iż-żidiet kollha fl-impjiegi mir-Riċessjoni l-Kbira ‘ l hawn.

Ishma

L-ishma lokali kienu mħallta bejn negattivi u pożittivi li rriżultaw li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta ma kellu ebda movement. L-International Hotel Investments tilfu 5.60%, l-HSBC Bank Malta waqgħu b’1.50% għall-prezz ta’ €0.985 kull sehem. Plaza Centres tilfu 1.06%.

L-ishma bl-akbar żidiet kienu l-Malita Investments b’1.25%, l-RS2 Software bi 2.11%, il-Bank of Valletta bi 2.88% u l-aħjar li marru kienu l-ishma tal-Lombard Bank b’6%.

Fis-settur tal-bonds lokali, id-Dizz Finance 2026 illum tilfu ftit aktar minn 2% u l-International Hotel Investments 2025 tilfu kważi 1%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-iStivala Group Finance2029 b’0.20%, il-Merkanti Holding 2026 b’0.51%, u l-Mercury Projects Finance 2031 b’ 1%.

Il-Bortex Group Finance 2027 avvanzaw b’1.65% u l-Pendergardens Developments 2022 It-Tieni Serje għalqu b’żieda ta’ 1.72%.

Il-prezz taż-żejt żdied illum, xprunat minn tensjoni li qed tikber fil-Lvant Nofsani, mit-tnaqqis fil-produzzjoni min-nazzjonijiet prodotturi biex inaqqsu l-provvista kbira żejda u mill-wegħda ta’ aktar stimulu mill-gvernijiet sabiex jitnaqqas l-effett ħażin tal-coronavirus fuq l-ekonomija.

Il-kuntratti fuq erba’ xhur tal-West Texas Intermediate li jagħlqu nhar it-Tnejn daħlu f‘territorju negattiv għall-ewwel darba hekk kif l-investituri ħallsu lix-xerrejja sabiex jeħilsu miż-żejt li kellhom minħabba nuqqas ta’ post ta’ ħażna minħabba provvista żejda qawwija. Il-prezz ta referenza, dak tal-Brent, tilef madwar żewġ terzi tal-valur tiegħu din is-sena.

Għadu qed jiddomina t-tħassib dwar il-waqgħa kbira fid-domanda għaż-żejt minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar biex tkun kontrollata l-pandemija u nuqqas ta’ spazju ta’ ħażna, iżda l-analisti qalu li ma jistennew xokk ieħor fil-prezz kif ġara nhar it-Tnejn.

Il-prezz tad-deheb tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa minħabba aspettattiva ta’ aktar stimulu mill-banek ċentrali biex jillimitaw il-ħsara ekonomika tal-pandemija hekk kif bosta pajjiżi estendew il-lockdowns biex inaqqsu l-imxija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar