Barranin
Il-prezz tad-deheb żdied bit-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti

L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun.

Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni qalu l-ġimgħa li għaddiet li l-mexxejja tal-Bank jidhru li resqin lejn pakkett li jinkludi tnaqqis fir-rata, wegħda akbar biex iżommu r-rati baxxi għal żmien itwal u kumpens lill-banek dwar l-effetti tar-rati negattivi. L-ewro tilef 0.43% għal $1.0995.

Il-yen kien fir-rata l-aktar baxxa mill-1 ta’ Awwissu hekk kif l-ottimiżmu dwar ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kabbar is-sentiment ta’ riskju u naqqas id-domanda għal assi meqjusa sikuri. L-Isterlina tilfet 0.19% għal $1,2322.

L-Isterlina baqgħet imwaħħla taħt l-ogħla livell f’sitt ġimgħat illum wara l-irkupru riċenti, hekk kif l-investituri qed jistudjaw iċ-ċansijiet li l-Prim Ministru Boris Johnson jista’ jilħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropej telgħu għall-ogħla prezzijiet illum, hekk kif iċ-Ċina naqqset it-tħassib kummerċjali meta qalet li ser teżenta xi prodotti Amerikani minn tariffi addizzjonali, bl-attenzjoni ddur ukoll fuq il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew li mistenni jiddeċiedi dwar aktar stimulu ekonomiku.

Il-prezzijiet tal-produzzjoni fl-Istati Uniti għolew bla mistenni matul Awwissu u reġgħet qamet l-inflazzjoni fil-prezz tal-produzzjoni, iżda statistika ppublikata llum ma bidlitx l-aspettattivi tas-swieq finanzjarji li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati tal-interessi għal darb’oħra din il-ġimgħa biex isostni ekonomija li qed tnaqqas mir-ritmu.

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GO żdiedu 0.91%; il-Malta International Airport avvanzaw b’1.35% u Simonds Farsons Cisk kellhom l-akbar żieda, ta’ 1.94%. Il-parti l-kbira tal-bqija tal-ishma negozjati llum ma kellhom ebda moviment mis-sessjoni ta’ qabel.

Bonds

Is-sessjoni tal-bonds lokali kienet kwieta bit-Together Gaming Solutions 2024-2026 jiżdiedu b’0.01% u l-iStivala Group Finance 2029 jagħlqu 0.03% ogħla.

Il-Ministru taż-Żejt Iraqi qal li l-OPEC u l-alleati tagħha ser jiddiskuti dwar jekk hemmx il-ħtieġa li jkun hemm aktar tnaqqis fil-produzzjoni meta jiltaqgħu l-ministri tagħhom għada.

Is-sena l-oħra huma kienu qablu li jnaqqsu l-produzzjoni b’1.2 miljun barmil żejt kuljum biex isostnu l-prezzijiet. Il-qtugħ beda fl-1 ta’ Jannar.

Il-prezz tad-deheb żdied llum mgħejun minn tħassib li huwa għaddej dwar l-ekonomija globali u t-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, iżda xorta baqa’ qrib l-inqas prezz f’erba’ ġimgħat fost żieda fis-sentiment ta’ riskju qabel laqgħat tal-banek ċentrali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar