Barranin
Il-prezz tad-deheb żdied għal livell rekord

Muniti

L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li l-Bank of England kellu ton inqas pessimist dewar il-prospetti għall-ekonomija Ingliża milquta mill-pandemija.

Id-dollaru wera żieda hekk kif naqas is-sentiment ta’ riskju bl-istennija dwar iċ-ċifri tal-impjiegi fl-Istati Uniti u minħabba li l-leġiżlaturi għandhom ma qablux dwar pakkett ta stimulu ġdid.

L-investituri marru lejn il-muniti Ażjatiċi, skont stħarriġ li sar, hekk kif it-tħassib dwar il-pandemija qed ifixkel l-irkupru fl-Istati Uniti tappan il-prospetti għad-dollaru.

Id-dollaru Kanadiż iddgħajjef kontra dak Amerikani lura mill-ogħla rata f’ħames xhur għax l-investituri stennew sinjali ta’ ftehim dwar l-istimulu ekonomiku u qabel ma toħroġ l-istatistika ekonomika u dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti għada.

Id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan wrew xi ftit żieda wara ċ-ċifri dwar l-qgħad kienu aħjar minn dawk mistennija, iżda iż-żidiet kienu limitati u d-dħul baqa aktar baxx matul il-jum bl-investituri tal-bonds jistennew xhieda ta tnaqqis fl-irkupru tas-suq tax-xogħol fiċ-ċifri li ser joħorġu għada.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum tbaxxew hekk kif tbassir ta’ rkupru ekonomiku aktar bil-mod wara l-pandemija fir-Renju Unit laqat lis-swieq finanzjarji f’Londra, waqt li rapporti finanzjarji diżappuntati mill-kumpaniji Glencore u AXA tefgħu pressjoni fuq is-sentiment usa. L-agħar li mar kien il-FTSE 100 b’1.49%. Fl-Istati Uniti s-swieq fetħu negattivament iżda bi ftit. L-indiċi lokali għalaq f’territorju pożittiv.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta kienu l-uniċi f’territorju pożittiv bi 3.41%. Simonds Farsons Cisk kienu fuq quddiem tat=-tnaqqis bi 3.75%, segwiti mill-International Hotel Investments u l-PG li tilfu bejn nofs u 1 %.

Bonds

Il-bonds illum kienu aktar pożittivi. Il-Hili, id-Dizz, is-6pm Holdings u l-Virtu Finance kollha żdiedu madwar 1%. F’territorju negattiv kien hem mil-Hili properties u l-Merkanti Holdings, bi tnaqqis ta’ bejn nofs u 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt kienu qrib l-ogħla livelli għoljin f’ħames xhur hekk kif appoġġ minn dollaru dgħajjef u tnaqqis fil-ħażniet taż-żejt għelbu sentiment moderat dwar id-domanda għal fjuwil, u dan ċaqlaq lill-prezzijiet ewlenin l-hawn u l hinn mit-territorju ppożittiv.

Il-prezz tad-deheb żdied għal livell għoli rekord hekk kif il-pandemija ċajpret il-prospetti ekonomiċi u saħħet is-sentiment favur id-deheb bħala assi sikur, għalkemm analisti qalu li il-pass rapidu taż-żidiet jista’ jwassal għal xi korrezzjoni.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar