Barranin
Il-prezz tad-deheb żdied mgħejjun minn dollaru dgħajjef

Muniti

L-ewro llum ftit inbidel kontra d-dopllaru wara li l-Federal Reserve ħejja biex jibda l-iskema ta’ xiri ta’ bonds tal-kumpaniji waqt li rapport li semma l-possibiltà ta’ aktar stimulu fiskali saħħaħ il-fiduċja tal-investitur. Madakollu, l-ewro tilef 0.34% kontra d-dollaru.

Id-dollaru llum tilfet fil-bidu, u muniti aktar riskjużi rkupraw wara s-sessjonijiet fl-Asja iżda, wara li l-investituri Ewropej ingħaqdu magħhom, in-negozju kien ġeneralment newtrali. Il-Federal Reserve qal li huwa ser jibda jixtri l-bonds tal-kumpaniji llum bħala parti minn skema ta’ stimulu diġà mħabbra u nieda l-Main Street Lending Programm għan-negozji.

Waranofsinhar, meta fetħu s-swieq finanzjarji Amerikan, id-dollaru saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu kontra l-ewro.

L-Isterlina llum avvanzat wara li fis-sessjoni ta’ qabel tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimagħtejn kontra d-dollaru hekk kif taħlita ta’ taħditiet aħjar dwar Brexit u statistika dwar l-impjiegi aħjar milli kien maħsub taw appoġġ lill-isterlina kontra d-dollaru aktar dgħajjef. Il-qgħad fir-Renju Unit żamm fi 3.9% fit-tliet xhur li għalqu f’April hekk kif il-kumpaniji daru lejn l-iskema tal-gvern dwar iż-żamma tal-impjiegi biex iżommu lill-impjegati magħhom matul il-waqgħa fil-produzzjoni ekonomika minħabba l-għeluq tal-coronavirus.

Din is-sena, l-Isterlina tilfet kważi 5% kontra d-Dollaru, iżda llum irkuprat 0.3% u laħqet id-$1.2645. Kontra l-ewro, il-lira żdiedet 0.56% għal 89.33 pence.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum ingħaqdu ma’ rkupru globali hekk kif il-prospetti ta’ stimulu monetarju u fiskali qajjem tamiet ta’ qawmien ekonomiku mill-pandemija.

Wall Street kienet mistennija tiftaħ b’żieda llum wara żieda rekord fil-bejgħ bl-imnut matul Mejju li qajmet tamiet ta’ irkupru ekonomiku malajr wara l-pandemija bis-sentiment ukoll mgħejun minn statistika li wriet rati inqas ta’ imwiet bil-virus fi provi ta’ mediċina steroid ġenerika.

Rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan qal li l-bejgħ bl-imnut żdied 17.7% ix-xahar li għadda hekk kif l-Amerikani reġgħu bdew jixtru wara ġimgħat ta’ għeluq għalkemm l-irkupru patta għal frazzjoni biss mit-telf storiku ta’ Marzu u April.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, is-suq kien kwiet bi ftit ishma jkunu negozjati. Il-BMIT Technologies u GO kienu negozjati iżda bla moviment bil-prezz.

Simonds Farsons Cisk żdiedu b’0.63% għal prezz ta’ €8 kull sehem L-RS2 Software avvanzaw b’0.87% u l-HSBC Bank Malta għalqu bil-prezz ta’ €0.96 kull sehem, żieda ta’ 2.13%.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali kien ġeneralment pożittiv wara li l-uniku tnaqqis kien fl-International Hotel Investments 2025 b’1.33%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-Hudson Malta 2026 u l-Hili Properties 2025 b’żieda ta’ 0.49%, il-Mediterranean Investments Holding 2022 żdiedu b’0.51%, l-International Hotel Investments 2024 avvanzaw 0.98%, il-Mercury Projects Finance 2027 żdiedu 0.99% waqt li t-TUM Finance 2029 marru l-aħjar b’żieda ta’ 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu bil-Brent jaqbez l-$40 kull barmil hekk kif l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija żiedet it-tbassir ta’ żieda fid-domanda għal 2020.

Fir-rapport ta’ kull xahar maħruġ illum, l-Aġenzija bassret domanda tas’ 91.7 miljun barmil kuljum għal 2020, 500,000 barmil aktar mill-istima tagħha fir-rapport ta’ Mejju. Hija kkwotat konsum aktar milli kien mistenni matul il-lockdown.
Anke il-prezz tad-deheb żdied mgħejjun minn dollaru dgħajjef kif ukoll l-aħbar mill-Federal Reserve tad-dettalji tal-programm ta’ xiri ta bonds tal-kumpaniji biex iqajjem l-ekonomija Amerikana. Madankollu matul waranofsinhar id-deheb tilef xi ftit miż-żieda u kien qed jigi negozjat bla moviment.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar