Il-prezz tal-metall abjad fl-inqas livell fl-aħħar tlett ijiem

Muniti

L-ewro u d-dollaru matul l-ewwel nofs tal-lum kienu qrib il-livell tal-għeluq tal-bieraħ u m’avvanzawx lil hinn mil-livell ta’ 1.1750.

Is-swieq illum kienu kwieti wara li qiesu l-aħħar aġġornament dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti li qed jimxi ma’ deċiżjoni ta’ kawtela li ħadet il-Federal Reserve.

Id-domanda għad-dollaru battiet xi ftit għalkemm il-munita jidher li se tirkupra u tavvanza wara t-telf modest tal-bieraħ.

Id-dejta li ġejja mill-UE hija diżappuntanti. Il-produzzjoni industrijali f’Ġunju niżlet b’0.3% aġġustat skont l-istaġun u inqas minn dak mistenni mis-suq.

Fl-Istati Uniti ġie ppubblikat l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi għal Lulju li tela’ 7.8% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel u lil hinn minn dak li kien mistenni.

L-għadd ta’ persuni ġodda li sfaw qiegħda għall-ġimgħa li ntemmet fis-6 t’Awwissu kien ta’ 375,000 kif mistenni.

Indiċi

L-Indiċi Internazzjonali kellhom jum imħallat illum bl-Istati Uniti u r-Renju Unit fin-negattiv u l-Ewropa b’jum pożittiv.

It-telf kien aktar evidenti fl-indiċi Brittaniku FTSE 100 waqt li l-akbar qligħ sar mid-Dax Ġermaniż.

Tokyo ma ra kważi ebda tibdil u l-indiċi lokali llum mexa ’l quddiem.

Ishma

L-ishma kellhom jum pożittiv b’4 minn 5 jaraw tibdil fil-prezz ‘il fuq.

MPC u Malita Investments illum kisbu bejn 3 u 4% waqt li Plaza Centres telgħu 1% waqt li BOV telgħu b’0.5%.

BMIT Technologies tilfu 1.21%

Bonds

Il-bonds illum kellhom ġurnata mħallta bi 3 jirreġistraw qligħ u 3 telf.

Bonds ta’ Together gaming u Corinthia kisbu 1%, segwiti mill-bonds ta’ Me direct b’żieda ta’ 0.5%.

Min-naħa l-oħra, bonds ta’ IHI u Tumas tilfu 1% waqt li l-bonds ta’ MIH li jimmaturaw fl-2023 tilfu 1.5%.

Prodotti essenzjali

Il-fidda llum kellu pressjoni għall-bejgħ u tilef mill-qagħda li kien fiha fl-aħħar jumejn.

Il-metall abjad niżel fl-inqas livell fl-aħħar tlett ijiem għalkemm żamm mal-livell ta’ $23.00.

Dan it-tagħrif finanzjarju kien miġbur minn BNF Bank.