Barranin
Il-prezz taż-żejt estenda t-telf bit-tħassib persistenti dwar it-tkabbir ekonomiku globali

Muniti

L-ewro tilef 0.28% kontra d-dollaru għal $1.0990 waqt li l-Isterlina żdiedet għal $1.2399. Il-Brexit issa jinsab riesaq wara lil-Gvern tar-Renju Unit issottometta l-aħħar proposti tiegħu lill-Unjoni Ewropea hekk kif qed joqrob sewwa l-31 t’Ottubru.

Id-dollaru rkupra minn qrib l-inqas rata f’xahar kontra l-Yen Ġappuniż f’negozju mqalleb bis-swieq milquta ħażin minn sentiment kontra r-riskju qabel ma kellha toħroġ statistika ġdida mill-Istati Uniti matul il-jum. Kontra l-yen, id-dollaru rkupra u kien jiswa 107.12 yen. Iżda l-munita Amerikana xorta kienet 1% inqas milli kienet kmieni din il-ġimgħa.

Indiċi

L-ishma fl—Ewropa fetħu kważi kollha fin-negattiv, wara telf matul il-lejl fin-negozju tal-Asja u Wall Street wara li l-Istati Uniti ħabbret li ser timponi tariffi fuq $7.5 Biljun prodotti mill-Unjoni Ewropea mit-18 ta’ Ottubru. Ilbieraħ l-uffiċċju tar-Rappreżentant Kummerċjali Amerikan ħareġ il-lista ta’ prodotti li fuqhom ser jimponu dazji, inkluż tariffa ta’ 10% fuq ajruplani minn Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit.

L-ishma fl-Istati Uniti ikkalmaw wara li tilfu 3% fl-aħħar żewġ sessjonijiet minħabba statistika li wriet ir-riskju ta’ riċessjoni, bl-attenzjoni tal-investituri issa mitfugħa fuq l-istatistika dwar is-settur tas-servizzi.

Fil-qasam tal-ishma lokoli, il-Bank of Valletta tilfu 1.71%, il-BMIT Technologies naqsu wkoll b’1.89%, kien hemm żieda ta’ 1.85% fil-GO, bil-Grand Harbour Marina juru l-akbar żieda ta’ 8.20%. L-HSBC Bank Malta kellu tnaqqis ta’ 2.10%, bil-Malta International Airport javvanza bi 3.45% u l-MIDI jagħlaq f’territorju negattiv b’2.21%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 3.50% fil-MIDI 2026 u 1% fil-3.50% Bank of Valletta 2030 (It-tieni serje 2). Il-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel serje) naqsu bi kważi 1% u l-Hili Finance Company 2029 naqsu b’0.79%. Kien hemm negozju f’bonds oħrajn iżda ma kellhom ebda bidla fil-prezz.

Il-prezzijiet taż-żejt illum estendew it-telf, hekk kif tħassib persistenti dwar il-pass tat-tkabbir ekonomiku globali u d-domanda għaż-żejt bilanċjat l-ottimiżmu tal-investitur dwar it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Barra minn dan, statistika mill-aġenzija internazzjonali dwar l-enerġija li turi żieda akbar milli mistennija bil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat, fl-Istati Uniti żiedet il-pressjoni fuq il-prezzijiet. Il-United States West Texas Intermediate tilef aktar minn 1.6% għal $51.78 waqt li l-Brent tilef 1.33% għal €56.92.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew illum wara li kisbu aktar minn 1% fis-sessjoni ta’ qabel wara li l-Istati Uniti ħabbret tariffi fuq prodotti Ewropej, u dan ħoloq aktar inċertezza mill-prospetti ekonomiċi globali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Aktar