Barranin
Il-prezz taż-żejt fl-ogħla livell f’iktar minn sentejn u nofs

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina waqqfet tlett ijiem ta’ żieda u ddgħajfet hekk kif l-investituri ħadu l-profitt wara rkupru, għalkemm l-istennija li t-taħditiet Brexit ser ikollhom riżultat pożittiv kompliet ssostni l-munita Ingliża.

Id-dollaru Kanadiż iddgħajjef xi ftit kontra dak Amerikan aktar b’saħħtu, u tbaxxa mill-ogħla rata fi tliet xhur milħuqa nhar il-Ġimgħa li għadda anke hekk kif ottimiżmu fi stħarriġ dwar in-negozju sostna l-fehma li l-Bank of Canada ser iżied ir-rati tal-interessi l-ġimgħa d-dieħla. L-ewro tilef 0.76% kontra l-yen.

Indiċi

L-ishma Ewropej komplew jissaħħu aktar u laħqu l-ogħla livell f’sentejn u nofs hekk kif l-ishma ta’ prodotti għall-konsumatur ħadu spinta minn riżultati tajbin ferm tal-bejgħ, waqt li l-grupp tat-telekomunikazzjoni Altice, li għandu ħafna dejn, beda pjani sabiex jbiegħ in-negozju tiegħu fl-Istati Uniti.

L-ishma Ewropej kellhom bidu tajjeb għas-sena, u qajmu xi tħassib dwar li xi valutazzjonijiet saru għolja wisq. Skont strateġista tal-UBS it-temperatura fis-suq Ewropew “hija sħuna ħafna mqabbla ma’ sena ilu”.

Ishma Lokali

L-ishma lokali kienu b’mod ġenerali negattivi bil-Bank of Valletta fuq quddiem bi tnaqqis ta’ 1.11% fil-prezz. RS2 Software u l-HSBC Bank tilfu ftit aktar minn 0.5%. Ishma oħrajn kienu negozjati mingħajr bidla. L-ishma tal-MIA żdiedu b’aktar minn 1.25%

Bonds Lokali

Kienet l-istorja xejra fis-suq tal-bonds lokali b’bond waħda li rreġistrat xi żidiet waqt li l-oħra rreġistraw tnaqqis. Il-MIDI 2026 tilfu ftit inqas minn 1%. Il-Corinthia Finance 2026 tilfu qrib it-2% waqt li l-AX Investments u l-International Hotel Investments tilfu 2.2 u 2.6% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-Prodott Domestiku Gross fiż-żona tal-ewro kien aħjar milli mistenni bi 2.6%. Iż-żieda hija titjib milqugħ miċ-ċifra ta’ qabel ta’ 2.5%. L-analisti kienu qed jistennew ukoll 2.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela’ għal aktar minn $68 kull barmil, l-ogħla minn Mejju 2015, mgħejjun mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u minn stennija li l-inventarju taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti jonqsu għat-tmien ġimgħa. Wara deher li l-prezz ikkonsolida taħt it-$68 wara li sar bejgħ biex jinkiseb il-profitt.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa, minħabba dollaru aktar b’saħħtu, minħabba tħassib dwar l-instabbilità fl-Ewropa waqt li swieq finanzjarji tajbin naqqset l-entużjażmu għad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru baqa’ qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali hekk kif it-tnaqqis fl-ekonomija Ċiniża għall-inqas livell fi 28 sena kabbar it-tħassib tal-investituri dwar it-tkabbir globali u sostna l-muniti meqjuża…

Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Aktar