Barranin
Il-prezz taż-żejt fl-ogħla livelli fi tliet snin u nofs

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet.

Is-saħħa tad-dollaru għenet biex il-munita kważi laħqet l-ogħla rata fi tliet xhur u nofs kontra l-yen waqt li l-muniti ewlenin bnadi oħra kienu negozjati f’firxa dejqa qabel il-ħruġ tal-istatistika tal-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti.

L-irkupru tad-dollaru, li ra lill-munita tieħu lura l-parti l-kbira tat-telf fl-2018 wara rivalutazzjoni tat-triq li ser tieħu l-politika monetarja Amerikana versu pajjiżi oħrajn, kien waqaf il-ġimgħa li għaddiet wara ċifri diżappuntanti dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti, iżda wara estendiet l-irkupru tagħha wara li kien hemm bejgħ tal-ewro minħabba d-dgħufija tal-tal-Prodott Domestiku Gross tal-Ġermanja.

L-isterlina żdiedet kontra d-dollaru wara li l-istatistika wriet li żdiedu l–impjiegi fir-Renju Unit minkejja li l-pagi għad iridu jiżdiedu sewwa, żvilupp li, skont analista, mhux mistenni li jibdel il-prospetti immedjati għal Bank of England li jżid ir-rati tal-interessi.

Id-dollaru Awstraljan irtira hekk kif il-bank ċentrali wera li ser iżomm ir-rati stabbli għal xi żmien, waqt li l-munita ta’ New Zealand tbaxxiet għall-inqas livell ieħor f’sitt xhur hekk kif kien hemm żieda fid-Dollaru Amerikan fost tamiet ta’ tnaqqis fit-tensjonijiet kummerċjali globali.

Il-bidliet fl-indiċijiet illum kienu baxxi bl-Ewropa minn taħt, ir-Renju Unit u l-Ġappun minn fuq. Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.63% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta wera żieda ta’ 0.34%.

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, l-HSBC kien fuq quddiem b’żieda solida ta’ 3.55%, segwit minn Trident b’żieda ta’ 0.65%. It-telf kien tal-istess daqs bil-Bank of Valletta, l-RS2 Software u l-Lombard kollha jitilfu inqas minn 1%.

Ftit kien hemm ċaqliq fis-sessjoni tal-bonds bin-1923 Investments jiżdiedu b’1.37%. Kien hemm ukoll żieda ta’ 0.24% fl-International Hotel Investments u l-Virtu Finance. Bonds oħra kienu negozjati b’bidla minima.

Il-prezz tad-deheb, tbaxxa għat-tielet ġurnata infila ta’ telf hekk kif żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor għenet lid-dollaru u warrbet min-nofs l-impatt tal-ħlied fil-Gaza.

It-truppi Iżraeliti sparaw u qatlu tużżani ta’ protestanti Palestinjani fil-fruntiera mal-Gaza meta l-ftuħ uffiċjali tal-Ambaxxata Amerikana f’Ġerusalemm mill-Amministrazzjoni Trump wassal għal żieda qawwija fit-tensjoni.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell fi tliet snin u nofs, mgħejjuna minn provvista li qed tiċkien u mis-sanzjonijiet ippjanati mill-Istati Uniti kontra l-Iran li mistennija jirrestrinġu l-provvista taż-żejt mhux raffinat minn wieħed mill-akbar produtturi fil-Lvant Nofsani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Aktar