Barranin
Il-prezz taż-żejt għola wara li Trump abbanduna l-ftehim mal-Iran

L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata tal-2019 qabel ma rkupra xi ftit, hekk kif l-investituri investew fid-Dollaru minħabba r-rati tal-interessi relattivament ogħla, waqt li fatturi oħrajn kienu l-ħruġ tal-Istati Uniti mill-ftehim nukleari mal-Iran u l-inċertezza politika fl-Italja.

Il-munita unika rkuprat xi ftit mit-telf tagħha fin-negozju Ewropew iżda l-investituri u analisti qalu li s-sentiment tal-investituri favur id-Dollaru mhux ser jispiċċa.

Id-Dollaru Kanadiż ssaħħaħ kontra dak Amerikan, u rkupra mill-inqas rata f’seba’ ġimgħat milħuqa lbieraħ, hekk kif il-prezz taż-żejt għola wara li Trump abbanduna l-ftehim mal-Iran.

L-Isterlina baqgħet qrib l-inqas rata f’erba’ xhur hekk kif żdied id-Dollaru u l-investituri biegħu l-munita Ingliża jum qabel ma jiltaqa’ l-Bank of England fejn mistennija jinżammu r-rati tal-interessi preżenti. L-Istatistika ekonomika tar-Renju Unit ħadet daqqa l-isfel fl-aħħar ġimgħat u dan wassal biex l-investituri jinsew il-possibilità ta’ żieda fir-rati tal-interess għada.

Id-Dollaru tal-Awstralja u ta’ New Zealand tbaxxew għall-inqas livell għal bosta xhur hekk kif it-titjib fl-ekonomija Amerikan saħħaħ id-Dollaru Amerikan.

L-aktar indiċi li mar tajjeb illum kien il-FTSE li żdied b’0.64%. Is-suq Amerikan fetaħ b’żieda waqt li dak Malti tilef 0.25%.

Mapfre Middlesea żdiedu b’aktar minn 7% illum waqt li kien hemm żieda ta’ aktar minn 2% fil-PG. Il-kumpaniji li kienu negozjati b’aktar minn 1% kienu ħafna iżda kien hemm żiedet u tnaqqis akbar. L-International Hotel Investments u l-RS2 Software it-tnejn tilfu aktar minn 3%. Il-Fimbank tilef kważi 5% waqt li kien hemm telf ta’ kważi 14% fil-MIDI. Il-bidliet bil-bonds lokali kienu baxxi f’sessjoni kalma.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew aktar minn 3% llum għall-għola prezz fi tliet snin u nofs wara li Trump abbanduna l-ftehim nukleari mal-Iran u ħabbar l-ogħla livell ta’ sanzjonijiet kontra dan il-membru tal-OPEC.

Trump warrab l-appelli tal-alleati u ħareġ mill-ftehim iffirmat fl-2015, mossa li tirriskja konflitt fil-Lvant Nofsani u titfa’ inċertezza dwar il-provvista taż-żejt f’suq diġà nieqes minnha.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew minħabba Dollaru b’saħħtu u żieda fid-dħul mill-bonds li għelbu kwalunkwe tħassib li seta’ kien hemm wara l-ħruġ tal-Istati Uniti mill-ftehim mal-Iran.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’din l-aħħar sena hekk kif l-investituri saħħew it-tbassir tagħhom fuq is-saħħa fit-tul tal-munita wara kummenti pożittivi dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti miċ-ċermen tal-Federal Reserve. Jerome Powell…

Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Aktar