Barranin
Il-prezz taż-żejt illum ftit li xejn iċċaqlaq

Muniti

Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen. Kontra d-Dollaru Amerikan u l-Isterlina, l-ewro mexa f’direzzjoni opposta. L-ewro żdied xi ftit kontra d-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

L-indiċi kienu b’mod ġenerali negattivi b’dak tal-Ġappun jibda t-ton għal ġurnata b’telf ta’ 0.54%. Dan kien rifless fi Franza u fil-Ġermanja. Id-Dow Jones tilef 0.36 waqt li l-FTSE 100  naqas b’0.07%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta għall-kuntrarju wera żieda ta’ 0.11%.

Ishma

Ir-riżultati tal-ishma kienu mxaqilba lejn in-naħa negattiva bl-ishma li jitilfu fil-valur ikunu d-doppju ta’ dawk b’żieda. Il-Bank of Valletta u l-FimBank żdiedu b’1%. Fin-naħa negattiva, il-Malta International Airport u l-RS2 Software tilfu qrib il-1% waqt li l-Plaza u l-GO naqsu bi 2%.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu aktar pożittivi bil-Global Capital jikbsu żieda ta’ 2%, segwiti minn Tumas Investments, Eden Finance u Premier Capital li żdiedu b’0.87%, 0.48% u 0.24% rispettivament. In-1923 Investments u l-SD Finance tilfu madwar kwart ta’ punt perċentwali waqt li l-AX Investments tilfu 0.71%.

Il-prezz taż-żejt illum ftit li xejn iċċaqlaq b’żieda negliġibbli ta’ 0.06% fil-Brent u 0.09% fiż-żejt mhux maħdum.

Id-deheb u l-fidda llum tilfu fil-valur bid-deheb jitlef kwart ta’ punt perċentwali u l-fidda kważi 1%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Barranin

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija…

Aktar