Barranin
Il-prezz taż-żejt illum issoda kaġun ta’ tħassib dwar żieda fil-każi tal-coronavirus

Muniti

Muniti fl-Asja esposti għall-kummerċ żammew sodi hekk kif dejta maħruġa turi li l-irkupru ekonomiku taċ-Ċina mill-pandemija aċċellera fit-tielet kwart tas-sena, bil-yuan jitla’ għall-ogħla rata f’sena, sena u nofs kontra d-Dollaru.

L-espansjoni ekonomika Ċiniża żdiedet sa 4.9% minn 3.2% fl-aħħar kwart, għalkemm ma laħqitx it-tbassir. Il-Prodott Domestiku Gross żdied 0.7% fl-aħħar sena, li jfisser li kiseb lura dak kollu li tilef fl-ewwel nofs tas-sena. Id-dejta għal Settembru, il-bejgħ bl-imnut u l-produzzjoni industrijali kibru aktar milli kienu mistennija, għalkemm l-investiment baqa’ ma laħaqx mat-tbassir. Iċ-ċifri juru li ma hemmx urġenza għal xi stimului ġdid.

L-isterlina estendiet iż-żidiet u qabżet id-$1.30 hekk kif kibru t-tamiet li n-negozjaturi Ingliżi u tal-Unjoni Ewropea jistgħu jsalvaw it-taħditiet kummerċjali.

Ir-Renju Unit qal li l-bieb għadu miftuħ jekk l-Unjoni Ewropea trid tagħmel xi konċessjonijiet żgħar iżda jekk l-Unjoni ma tiċċaqlaqx mhux ser ikun hemm ftehim f’10 ġimgħat.

Indiċi

L-ishma Ewropew żdiedu llum hekk rapport finanzjarji tajbin mill-wealth manager Żvizzeru Julius Baer u l-Philips għelbu t-tħassib dwar restrizzjonijiet ġodda dwar il-koronavirus madwar il-kontinent. In-negozju bikri llum f’xi swieq Ewropej, inkluż il-CAC 40 ta’ Pariġi l-AEX tan-Netherlands intlaqtu minn kwistjoni teknika fl-operatur Euronext, li waqqfet in-negozju kollha fil-flus kontanti u l-prodotti derivattivi.

Shares

Kien hemm żidiet u telf konsiderevoli f’żewġt ishma. Il-MaltaPost żdiedu aktar minn 5%, ferm aktar minn Global Capital, li żdiedu kważi 2%. It-Trident Estate u l-Bank of Valletta kienu negozjati f’dik li hija volatilità normal u spiċċaw bi tnaqqis ta’ 0.67% u 1.16% rispettivament. L-ishma tal-MIDI tilfu kważi 10%.

Bonds

In-negozju fil-bonds kienu negozjati b’riżultati mħallta iżda aktar lejn territorju pożittiv. Il-bonds tal-International Hotel Investments 2026 żdiedu 1.65%; Il-Hili Finance avvanzaw 0.77% u l- Hal Mann Vella Group, il-Mediterranean Maritime Hub u l-Merkanti żdiedu bejn 0.35% u 0.5%. Il-Grand Harbour Marina u l-AX Investments tilfu bejn 0.10% u 0.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt illum issoda taħt pressjoni minn tħassib dwar żieda fil-każi tal-coronavirus globalment u mill-pjan tal-Libja u tkabbar il-produzzjoni, iżda l-prezzijiet sabu sostenn minn tamiet ta’ pakkett fiskali ġdid mill-Istati Uniti u l-aspettattivi ta’ vaċċin sa tmiem din is-sena. Il-fidda żdiedet kważi ħames darbiet aktar mid-deheb.