Barranin
Il-prezz taż-żejt illum tbaxxa b’aktar minn 1.30% lejn l-$40 kull barmil

Muniti

L-ewro żdied sa $1.1370 waqt li ma kellu ebda ċaqliq kontra l-Isterlina u tilef 0.40% kontra l-Frank Żvizzeru.

Id-dollaru tbaxxa għall-inqas livell fi tliet xhur fost spekulazzjoni li l-Federal Reserve ser iħabbar tard illum li beħsiebu li jkompli jikkontrolla r-rendiment mill-bonds. Tħassib dwar miżuri possibbli, u forsi anke stqarrija sempliċi ta’ din l-intenzjoni mill-Federal Reserve biex iżomm ‘l isfel ir-rendiment tal-bonds tal-Gvern Amerikan, żamm lill-munita Amerikana taħt pressjoni. Kontra d-dollaru, l-Isterlina laħqet ir-rata ta’ $1.2786 u l-Frank $0.9449.

L-Isterlina żdiedet kontra dollaru aktar dgħajjef u m’għamlet ebda moviment kontra l-ewro hekk kif l-inċertezza dwar il-Brexit, il-prospetti ta’ rati ta’ interessi negattiv u l-akbar għadd ta’ imwiet minħabba l-koronavirus għadhom jolqtu ħażin lill-munita Ingliża.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu xi żidiet bikrin, hekk kif l-investituri saru kawti qabel l-ewwel projezzjonijiet ekonomiċi mill-Federal Reserve minn meta l–pandemija kkawżat r-riċessjoni fi Frar.

Fl-Istati Uniti, id-Dow Jones fetaħ ftit aktar baxx hekk kif il-fokus intefa’ fuq il-laqgħa tal-Federal Rserve. L-investituri kienu qed jistennew xi ħjiel dwar kemm fit-tul il-bank ċentrali qed jippjana li jżomm il-politika monetarja laxka ħafna biex isostni lill-ekonomija u dwar jekk kienx ser jintroduċi miżuri ta’ kontroll fuq ir-rendiment wara ż-żieda riċenti fir-rendiment tal-bonds tal-Gvern Amerikan.

Ishma

Fil-qasam lokali, il-Malta International Airport tbaxxew għal €5.70 kull sehem bi tnaqqis ta’ 2.56% segwiti mill-GO bi 2.23% u l-Bank of Valletta għalaq bil-prezz ta’ €1 kul sehem bi tnaqqis ta’ 1.96%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-RS2 Software li avvanzaw 1.77%, il-Plaza Centres bi 3.16%, il-Main Street Complex għalqu bil-prezz ta’ €0.52 kull sehem b’żieda ta’ 4.84% waqt li l-MIDI kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 5.26%.

Bonds

Fil-bonds lokali, l-AX Group 2026 L-Ewwel Serej tilfu 0.50%. L-SP Finance 2029 żdiedu 0.39%, l-International Hotel Investments 2024 żdiedu 0.74%, il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 b’0.82%, l-iStivala Group Finance 2027 avvanzaw b’0.98%, kif għamlu l-Hili
Finance Company 2029 b’1.02%. Il-MeDirect Bank (Malta) 2024-2029 was marru l-aħjar b’żieda ta’2%.

Il-prezz taż-żejt illum tbaxxa b’aktar minn 1.30% lejn l-$40 kull barmil wara li rapport wera żieda fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti li qajjem tħassib dwar provvista żejda u domanda baxxa minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

Ir-rapport mill-American Petroleum Institute, grupp mill-industrija taż-żejt, qal li l-ħażniet żdiedu bi 8.4 miljun barmil, u mhux tbaxxew kif bassru l-analisti.

Id-deheb żdied għat-tielet sessjoni infila, mgħejjun minn dollaru aktar dgħajjef u aspettattivi li l-Federal Reserve kien ser iżomm il-politika preżenti biex jappoġġa lill-ekonomija Amerikana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar