Barranin
Il-prezz taż-żejt illum żdied bi 2%

Muniti

Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż laħaq l-ogħla livell tiegħu minn Mejju 2019. Bi prestazzjoni bħal dik tad-dollaru, l-ewro tilef l-aktar kontra l-Isterlina u kontra l-Yen.

Indiċi

Jidher li r-raba jum ta’ żidiet żied il-valur tal-ishma Ewropej wara li s-sid tal-kumpanija Zara, Inditex ħabbar profit għat-tliet xhur, avolja l-aqwa ishma fir-Renju Unit kienu taħt pressjoni wara żieda fis-sessjoni ta’ qabel. L-ishma tbaxxew bil-FTSE ikun l-indiċi Ewropew li tilef l-aktar, segwit mill-CAC 40, It-Topix u d-Dow Jones innegozjaw f’territorju pożittiv. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef aktar minn 2%.

Ishma

Kienet ġurnata negattiva għall-ishma lokali. In-negozju jew kien bla bidla fil-prezz jew fin-negattiv. Telf ta’ bejn 15% u l-20% fl-International Hotel Investments u fil-FimBank kien l-akbar fis-sessjoni. Malita Investments tilfu kważi 3%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mħalta  b’dawk li avvanzaw tmexxew minn Mercury Projects Finance 2027, li żdiedu kważi 1%. It-TUM Finance 2029 tilfu kważi 1% waqt li l-Medserv tiflu qrib it- 2%

Ir-raffineriji taż-żejt qed jagħlqu b’mod permanenti fl-Asja u l-Amerika ta’ Fuq u dawk fl-Ewropa jistgħu jmisshom wara minħabba prospetti inċerti għall-irkupru fid-domanda fil-fjuwil wara li l-pandemija baxxiet il-konsum. Il-pandemija fil-bidu baxxiet id-domanda bi 30% u r-raffineriji għalqu l-impjanti. Iżda l-konsum ma reġax lura lejn il-livelli ta’ qabel il-pandemija u jidher li ser jibqa’ inqas vjaġġar u dan ħoloq il-possibiltà li l-impjanti jagħlqu għal kollox. Madankollu l-prezz taż-żejt illum żdied bi 2%. Il-prezz tal-metalli prezzjużi, id-deheb u l-fidda, żdiedu bi ftit akta rminn 0.5%.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti L-isterlina żdiedet wara dejta dwar l-impjiegi aħjar milli kienet mistennija u l-Prim Ministru Boris Johnson iffaċċja oppożizzjoni fil-partit tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni proposta li tikser it-trattat dwar Brexit. Iżda ż-żieda…

Aktar