Barranin
Il-prezz taż-żejt illum żdied għall-ogħla livell minn Marzu

Muniti

L-ewro riesaq lejn il-ħames jum wara l-ieħor ta’ żidiet hekk kif baqa’ għoli l-ottimiżmu fost l-investituri dwar unjoni fiskali eqreb fl-Ewropa hekk kif l-istatistika ekonomika ħażina ma bidlitx is-sentiment fost it-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Il-munita unika rnexxielha tikseb lura xi telf kontra d-dollaru biex tilħaq l-ogħla rata fi tliet ġimgħat ta’ $1.10.

Franza u l-Ġermanja nhar it-Tnejn ipproponew fond ta’ rkupru ta’ 500 biljun ewro biex joffri għotjiet lir-reġjuni u setturi li ntlaqtu l-agħar mill-pandemija, u dan qajjem tamiet li l-mexxejja Ewropej qed jieħdu passi aktar deċiżivi biex jieħdu ħsieb il-ħsara ekonomika. L-aħbar tat spinta lill-ewro mil-livelli ta’ $1.08 fejn ilu għal dawn l-aħħar xahrejn u resqitu lejn id-$1.10, għalkemm il-munita unika tibqa’ 4% il bogħod mill-ogħla rati tal-2020 ta’ $1.15 kmieni f’Marzu.

L-Isterlina tbaxxiet kemm kontra d-dollaru kif ukoll kontra l-ewro hekk kif taħlita ta’ statistika dwar l-attività tan-negozju u r-riskju ta’ rati ta’ interessi negattivi tefgħu pressjoni fuq il-munita.

Tnaqqis fl-inflazzjoni kabbar l-ispekulazzjoni din il-ġimgħa li l-Bank of England għandu mnejn ibaxxi r-rati ta’ interessi taħt iż-żero biex iqajjem l-ekonomija mkissra mill-pandemija.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa waqgħu wara bejgħ qawwi din il-ġimgħa wara li l-aħħar statistika dwar l-attività tan-negozju wriet l-impatt ikrah fuq l-ekonomija tal-pandemija.

L-indiċijiet fl-Istati Uniti ma kellhom ebda movimenti fil-ftuħ illum hekk kif qed jikbru t-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u r-rapporti imħallta dwar id-dħul mill-bejgħ bl-imnut li komplew żiedu mat-tħassib dwar il-pass tal-irkupru mill-waqgħa ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-Coronavirus.

Ishma

Fl-ishma lokali, l-RS2 Software kienu fuq quddiem tat-telf bi 2.50%. Il-Malta International Airport għalaq negattivment b’0.80% għal €4.96 kull sehem. Il-Harvest Technology tbaxxew b’0.67% għal €1.49 kull sehem. Fuq in-naħa pożittiv kien hem mil-BMIT Technologies bi 3.91% l-Bank of Valletta li għalqu €1.04 b’żieda 4%. Il-GlobalCapital kienu l-aħjar li matu għat-tieni jum b’żieda ta’ 15.38%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Hudson Malta 2026 għalqu f’territorju nergattiv b’1.96%, segwiti minn Mercury Projects Finance 2031 b’1.86%. L-Eden Finance 2027 tilfu 0.99% u l- Bortex Group Finance 2027 għalqu bi tnaqqis ta’ 0.98%.

L-International Hotel Investments 2025 żdiedu b’0.75%, il-GAP Group 2022 żdiedu b’0.90% u l-International Hotel Investments 2026 kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 1.27%.

Commodities

Il-prezz taż-żejt illum żdied għall-ogħla livell minn Marzu, sostnut minn ħażniet inqas fl-Istati Uniti, it-tnaqqis immexxi mill-OPEC u l-alleati u d-domanda li qed tirkupra hekk kif il-gvernijiet qed jillaxkaw ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-moviment ta’ persuni minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

Il-prezzijiet tbaxxew matul l-2020, bil-Brent, li huwa l-prezz ta’ referenza, laħaq l-inqas livell f’21 sena ta’ taħt is-$16 f’April hekk kif waqgħet bl-ikrah id-domanda. Bl-użu tal-fjuwil jiżdied u aktar sinjali li qed jittieħed ħsieb tal-provvista żejda, minn dakinhar il-Brent kważi rdoppja l-prezz.

Id-deheb tilef 0.66% tbiegħed mill-ogħla prezz f’seba’ snin ta’ din il-ġimgha hekk kif issaħħaħ id-dollaru u t-tamiet ta’ rkupru ekonomiku malajr naqqas is-sentiment favur id-deheb.