Barranin
Il-prezz taż-żejt jerġa’ jiżdied bis-sanzjonijiet tal-Istati Uniti

Muniti

Id-Dollaru tilef kwart ta’ perċentwal, l-akbar f’ġimgħa,  kontra basket ta’ muniti kompetituri llum, hekk kif kibru l-aspettattivi li l-irkupru riċenti tad-Dollaru minħabba t-tensjonijiet kummerċjali wasal biex jintemm.

Min-nofs April, id-Dollaru kien żdied b’aktar minn 6% kontra l-muniti kompetituri. Iżda bis-swieq jistennew tliet żidiet oħra fir-rati ta’ interessi sa nofs l-2019, l-investituri qed ikunu kawti li ma jipprezzawx iż-żejjed lill-muniti bix-xiri bil-quddiem tal-munita jikkonsolida ruħu fl-ogħla livell f’sena.

L-Ewro żdied b’0.43% kontra d-Dollaru għal $1.160; 0.30% kontral-Isterlina; 0.20% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.10% kontra l-Yen u 0.14% kontra l-Frank Żvizzeru. Iżda l-munita unika tilfet 0.20% kontra d-Dollaru Awstraljan għal AUD 1.5608.

Indiċi

Iż-żidiet fl-indiċijiet tal-Ewropa waslu wara sessjoni ta’ negozju qawwi fl-Asja hekk kif il-fokus tal-investituri nbidel mill-gwerra kummerċjali maħmuġa u kumplessa lejn ir-riżultati finanzjarji tal-kumpaniji li malajr jifhmuhom u jipprezzaw fis-swieq.

L-indiċijiet Ewropej kienu kollha f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 żdied b’1.08%; l-iSTOXX 50 b’0.78%; id-DAX b’ 0.93% u l-CAC 40 b’0.86%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.54% ogħla waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.749%.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-GO żdiedu b’aktar minn 0.60% biex għalqu €3.38. Il-Malta International Airport u l-MIDI ma nbidlux minkejja n-negozju fihom. L-HSBC Bank Malta, il-Malita Investments u l-Bank of Valletta tilfu aktar minn 1.00% bil-Bank of Valetta jitilfu l-aktar biex għalqu €1.55.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds, il-Bortex Group Finance 2027, il-Mariner Finance 2024, l-SD Finance 2027 u t- Tumas Investments 2027 kollha wrew żieda. Sadattant il-Corinthia Finance 2026 u l-International Hotel Investments 2026 (It-Tieni Serje) tilfu aktar minn 0.40%.

Il-prezz taż-żejt żdied għax is-sanzjonijiet mill-ġdid tal-Istati Uniti kontra l-esportatur ewlieni l-Iran mistennija jnaqqsu l-provvista globali.

Il-Brent żdied b’1.54% għal $74.73 kull barmil u l-U.S. Light Crude żdied b’0.90% għal $69.63.

Id-deheb wera żieda ta’ 0.42% għal €1,212.96 kull uqija waqt li kien hemm żieda ta’ 0.32% fil-fidda għal $15.41.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar