Il-prezz taż-żejt jibqa’ fl-istess livell

Ix-xerrejja llum jidher li marru tajjeb bl-ewro u qed iżommu r-rata ewro/dollaru madwar 1.2150. L-ewro u l-Yen Ġappuniż imxew għall-ogħla livelli fl-2021 u qorbu l-livell ta’ 133.00 matul is-sessjoni ta’ dalgħodu u dan minħabba r-ritmu li qed jimponi d-dollaru Amerikan.

Indiċi

L-indiċi fl-Istati Uniti fetħu f’livelli aktar baxxi u kellhom impatt fuq il-boroż l-oħra. L-uniku indiċi li kellu jum pożittiv kien id-DAX. Ta’ min isemmi li għalkemm il-biċċa l-kbira tal-indiċi kienu negattivi, it-telf kien wieħed minimu. L-indiċi lokali għalqu fuq nota pożittiva.

Ishma

Illum kien jum pożittiv għall-ishma hekk kif GO kellhom l-ogħla profit ta’ 3.37%. Segwew l-ishma ta’ IHI u MIA, li raw gwadann ta’ 0.83% u 0.78% rispettivament.  Malta Properties Company għalqu bi prezz ta’ 0.55, bla ebda tibdil mis-sessjoni ta’ qabel. L-ishma tal-HSBC tilfu kważi 2% llum.

Bonds

Il-bonds illum ħadu xejra opposta għal dik tal-ishma u kienu biss dawk ta’ IHI li raw profitt sinifikanti ta’ kważi 2%. Bosta bonds oħra llum kellhom telf fosthom Stivala, Tumas INvestments u Mediterranean Maritime Hub li tilfu qrib 1%. Il-bonds ta’ Farsons u Mercury Projects tilfu kważi 1.5% tal-valur tagħhom filwaqt li l-investituri esposti għall-Bonds ta’ Gap Group Bonds li jimmaturaw fl-2025 raw l-investiment tagħhom jonqos b’1.82%.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għalqu l-ġimgħa li għaddiet fuq nota pożittiva minħabba interess dejjem akbar fil-prodott. Madankollu l-prezzijiet kienu fl-istess livelli matul il-jum kif inhu mistenni li jibqgħu fil-jiem li ġejjin.

Il-fidda kompla jissielet biex jisfrutta l-mossa lil hinn mill-livell Finbonacci ta’ 61.8% għal prezz bejn $30.07-$23.78 u tilef xi ftit mill-gwadann li kien għamel f’dan il-jiem għalkemm xorta ra żieda ta’ 1.0% matul il-jum.